DISKORS MILL-ONOREVOLI NINU ZAMMIT, MINISTRU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA FL-OKKAZJONI TAT-TNEDIJA TA’ L-IMDINA MASTER PLAN U L-INAWGURAZZJONI TA’ UFFICINI GODDA GHALL-MRP
PR562
19/04/2004
| DISKORS | MILL-ONOREVOLI NINU ZAMMIT, MINISTRU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA FL-OKKAZJONI TAT-TNEDIJA TA’ L-IMDINA MASTER PLAN U L-INAWGURAZZJONI TA’ UFFICINI GODDA GHALL-MRP |
| (Attivita` | li hija parti mill-programm ta’ Celebrazzjonijiet fl-okkazjoni tad-dhul ta’ Malta fl-UE) |
| Onorevoli Vici Prim Ministru, Ministri, | kollegi Membri Parlamentari, Sur Sindku, Kunsilliera, mistiednin distinti; |
| Huwa unur ghalija li flimkien | mal-Vici Prim Ministru qieghed hawn illejla sabiex ninawgura dawn l-ufficini godda tal-Progett ghar-Rijabilitazzjoni ta' l-Imdina, kif ukoll sabiex ninawguraw l-esibizzjoni dwar il-Master Plan ta’ din il-Belt storika. |
| Il-Progett ghar-Rijabilitazzjoni ta’ l-Imdina huwa wiehed | mit-tlett progetti ta' rijabilitazzjoni li ghandna flimkien ma’ dak tal-Belt Valletta u dak tal-Kottonera, liema kumitati b’sodisfazzjon nghid li diga` wettqu hafna progetti bil-ghan li nkomplu nsahhu l-politika ta’ dan il-Gvern biex nirrigeneraw l-ibliet storici ta’ pajjizna u naghmlu dak kollu necessarju biex intejbuhom u nirrestawrawhom bl-ahjar mod possibbli. |
| Il-Progett ta' dawn l-ufficini | godda hawnhekk fit-Torre dello Standardo huwa wkoll fih innifsu progett ta' restawr ghaliex dan il-post huwa bini importanti hafna fl-Imdina. Sfortunament dan il-bini kien abbandunat ghal hafna snin izda issa kif tistghu taraw dan il-post inghata dehra ahjar. |
| Hbieb, fl-Imdina se nkomplu | nahdmu ma' dak li diga` wettaqna. Il-prijorita` assoluta b’mod immedjat hu l-bidu tal-progett tal-pavimentar ta’ din il-Belt. Tul dawn l-ahhar erba' snin saru l-preparamenti kollha necessarji sabiex l-Imdina, minflok asfaltar u zrar, jkollha pavimentar kif jixraq. Parti minn dawn il-preparamenti kienu jinkludu t-titjieb tas-servizzi kollha fejn illum kull household ghandha servizzi mtejba. Bhalissa qed isiru servizzi godda tad-dawl u meta dawn jitlestew anki l-wires tad-dawl jitnehhew bhal ma tnehhew dawk tat-telefon u tal-cable. L-Imdina ser tkun l-ewwel Belt li mhux ser ikollha iktar wiring ghaddej minn naha ghall-ohra ta’ bjut u bini iehor. Sar hafna xoghol ta’ preparazzjoni ghat-twettiq tal-progett tal-pavimentar u lllum ninsab f’pozizzjoni li bi pjacir inhabbar li dan il-progett li huwa stmat li ser jiswa ‘il fuq minn miljun lira maltin se jibda fil-granet li gejjin. |
| Il-Progett ghar-Rijabilitazzjoni | ta' l-Imdina ilu li twaqqaf biss mill-1998 izda diga` sar hafna xoghol siewi go din il-Belt. Wiehed ma jistax ma jelenkax progetti importanti ta’ restawr bhal ma huma r-restawr tal-bibien principali ta’ barra l-Palazz Vilhena, r-restawr tal-Vilhena Bronze Medallion fl-entratura principali ta’ l-istess Palazz, ir-restawr ta’ Bieb tal-Greigi, ix-xoghol ta’ tisbieh u titjieb tal-forecourt fil-Palazz Vilhena, il-konservazzjoni tal-gebel tat-Triumphal Ensamble kif ukoll appuntu r-restawr f’dan il-post hawnhekk it-Torre dello Standardo, progetti li kollha flimkien jammontaw ghal investiment ta’ LM300,000. |
| Nassigura lil kulhadd li x-xoghol | ta’ restawr li sar u li qed jitwettaq fl-Imdina dejjem sar u ser jibqa` jsir permezz ta’ ppjanar serju hekk kif dejjem isir f’kull progett izda hawn fl-Imdina b’mod partikolari minhabba li qed nitrattaw belt storika u unika, belt li ghandha elementi medjevali u barokka. |
| Finalment filwaqt li pubblikament | nirringrazzja lill-membri kollha tal-Progett ghar-Rijabilitazzjoni ta’ l-Imdina inwieghed kull appogg possibli mill-Ministeru tieghi bil-ghan li din il-Belt tkompli tikber mill-lat ekonomiku u socjali biex b’hekk niggeneraw qawmien gdid u li jixraq ghall-Imdina. |
Grazzi
DOI - 19.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en