Left arrow Mur Lura

SEA MALTA: IFFIRMAT PUBLIC SERVICE OBLIGATION CONTRACT - IL-KABINETT JIDDECIEDI DWAR PRIVATIZZAZZJONI

PR558
Date Icon 19/04/2004
Il-Gvern, rappreżentat mill-Ministru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoniu Sea Malta Company Limited, iffirmaw Public Service Obligation Contract li permezz tiegħu, is-Sea Malta obbligat ruħha li għas-sitt snin li ġejjin, topera r-rotta Malta/Catania/Reggio/Malta kontra ħlas ta’ Lm150,000 fis-sena. Il-quddiem, jekk ikun hemm domanda minn naħa ta’ l-industrija, hemm il-ħsieb li din ir-rotta tiġi estiża wkoll għall-port ta’ Salerno.
Il-Gvern jikkunsidra din ir-rotta bħala waħda ta’interess strateġiku minħabba li hi l-mezz ewlieni kif tigi importata materja prima għall-industrija lokali u gassijiet użati kemm fl-industrija kif ukoll fl-isptarijiet, u peress li r-rotta msemmija hi wkoll il-mezz ewlieni kif jiġu esportati ħafna mill-prodotti maħdumin Malta. Minħabba f’hekk il-Gvern jikkunsidra illi waqt li hemm diversi linji tal-baħar li jaħdmu din ir-rotta, hu essenzjali għall-industrija lokali li jkun hemm ċertezza dwar din ir-rotta u konsegwentement iddecieda li jidħol fil-kuntratt imsemmi li permezz tiegħu issa hemm obbligu kuntrattwali li din ir-rotta tinħadem, irrispettivament jekk tħallix qliegħ jew le.
Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoniu l-Investiment irid jagħmilha ċara li l-Public Service Obligation Contract m’hux sussidju, iżda hu strument legali, żviluppat u aċċettat mir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea, kif Gvern jista’ jiżgura li servizzi meqjusa essenzjali u strateġiċi jibqgħu jingħataw mis-settur privat, anki jekk ma jkunux kummerċjalment viabbli. L-istess kuntratt ser ikun qiegħed jintuża mal-Gozo Channel biex ikun finanzjat is-sussidju għan-nollijiet speċjali tar-residenti Għawdxin u ta’ l-anzjani.
Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoniu l-Investiment jenfasizza illi b’din id-deċiżjoni, il-Gvern qed jiżgura illi pajjiżna jżomm il-kollegament essenzjali kemm ma’ Sqallija iżda aktar u aktar mal-kontinent Ewropew. Dan qed isir billi hu l-Gvern stess li qed jiggarantixxi ħlas fis-sena għal dan is-servizz waqt li minn naha l-oħra s-Sea Malta qed tobbliga ruħha li tibqa’ tipprovdi s-servizz. Dan għandu jserraħ moħħ l-industrija Maltija li issa s-servizz ma jiddependix biss mill-profittabilità jew le tal-linja izda hu garantit billi l-Gvern kiseb, kontra ħlas, garanzija li r-rotta tibqa’ taħdem.
Fl-istess waqt li dan il-kuntratt kien qed jiġiffirmat il-kelliem tal-Oppożizzjoni, l-Onor. John Attard Montalto kien qed jagħmel konferenza ta’ l-aħbarijiet quddiem l-uffiċċji tas-Sea Malta biex isostni li l-Gvern jeħtieġ li jirrikonoxxi l-importanza strateġika ta’ din il-linja.
Fid-dawl ta’dan l-iżvilupp li jiggarantixxi l-kontinwitàtas-servizz, il-Gvern iddeċieda li wasal iż-żmien biex is-Sea Malta tiġi privatizzata. Il-Ministeru jfakkar illi l-Gvern m’hux l-uniku azzjonist fis-Sea Malta iżda 31% ta` l-ishma huma diġà f’idejn azzjonisti privati u konsegwentement il-Gvern irid jitkellem magħhom biex jiġi deċiż kif għandha ssir il-privatizzazzjoni. Għall-istess raġuni hu għal issa prematur li l-Ministeru jgħid jekk il-Gvern hux se jżomm jew le pożizzjoni minoritarja, deċiżjoni li tiddependi ħafna kemm mill-pożizzjoni li se jieħdu l-azzjonisti l-oħra eżistenti kif ukoll minn negozjati li eventwalment ikunu jridu jsiru ma’ xerrejja prospettivi.
Fil-ġimgħat li ġejjin il-Ministeru ser jiftaħ id-diskussjonijietma’ l-azzjonisti l-oħra kif ukoll ser jinforma lill-General Workers’ Union bid-diskussjonijiet li ser isiru.
Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoniu l-Investiment jenfasizza wkoll illi mill-aspett strateġiku ta’ l-industrija Maltija, iċ-ċertezza u l-ħtiġijiet ta’ l-industrija huma sodisfatti u garantiti bit-twettiq tal-PSO Contract u konsegwentement hu biss ta’ importanza relattiva jekk il-Gvern jibqax jew le azzjonist fil-kumpanija. Biex ikun evitat kull lok ta’ interpretazzjoni, jekk u meta l-kumpannija tiġi privatizzata, il-PSO Contract jibqa’ jitwettaq mis-Sea Malta taħt sidien ġodda.
Tajjeb li jigi ccarat illi s-suq tat-trasporttal-merkanzija bil-baħar ilu snin twal liberalizzat u d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea m’għandu l-ebda impatt fuq dan is-suq għas-Sea Malta u ċertament m’hux se jżid il-kompetizzjoni li ilha teżisti għal snin twal.
Fil-fatt ta’ min isemmi li llum hemm żewġ linjioħra li jaħdmu Reggio/Catania u linja oħra li ġġor trailers u diversi linji oħra li jġorru containers fuq ir-rotta l-oħra għal Genoa. Dan juri kemm għal darb’oħra l-kelliema ta’ l-Oppożizzjoni ma jivverifikawx il-kontenut tad-diskorsi tagħhom qabel ma jagħmlu stqarrijiet ta’ importanza bħal dak li għamel l-Onor. Attard Montalto.
Fl-aħħarnett b’riferenza għall-allegazzjoni liċ-Chairperson u l-management tas-Sea Malta ma kienux qed jiġu infurmati bil-pjani li kien qed ifassal il-Gvern, tajjeb li jingħad illi matul din l-aħħar sena, il-Ministru Austin Gatt żamm erba’ laqgħat maċ-Chairperson u diretturi nominati mill-Gvern, f’liema laqghat kienu qed jiġu diskussi l-options kollha li kellha quddiemha s-Sea Malta – options li kienu jvarjaw minn egħluq sa bejgħ!
Minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpannija,l-options kollha diskussi kienu jissarfu f’finanzjament qawwi ħafna mil-azzjonisti (prinċipalment il-Gvern) u, għalhekk, konsegwentement id-deċiżjoni finali ma kinetx tispetta lill-Bord tad-Diretturi iżda lill-Gvern (bħala azzjonist prinċipali) permezz tal-Kabinett tal-Ministri li jrid jaġixxi b’responsabbiltà kbira u fl-interess nazzjonali.
Tajjeb li jingħad ukoll li l-management tas-SeaMalta kien involut tul il-proċess kollu mal-MIMCOL fl-iżvilupp tekniku u finanzjarju ta’ l-options kollha u żgur li ma jistax jingħad li kienu fl-għama ta’ x’kien qed jiġi kkunsidrat. Tant dan hu minnu li r-rapport dettaljat ta’waħda mill-options li kienu qed jiġu kkunsidrati u li kien f’idejn numru żgħir ta’ membri tal-management spiċċa pubblikata fil-ġurnal ‘l-Orizzont’!

DOI - 19.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow