Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN JIPPARTECIPA F’LAQGHA INFORMALI TAL-MINISTRI TAL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-U.E. FL-IRLANDA

PR553
Date Icon 19/04/2004


Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Investiment, l-Onor. John Dalli ha sehem f’laqgha tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea f’Tullamore, l-Irlanda. Din il-laqgha, ta’ natura informali, issir darba kull sitt xhur fil-pajjiz tal-Presidenza.

Matul din il-laqgha ta’ jumejn, giet ittrattata s-sitwazzjonifil-Kosovo, il-qaghda deterjoranti fl-Iraq u fil-Lvant Nofsani, kif ukoll l-istrategija tal-Unjoni ghar-Regjun tal-Mediterranan u tal-Lvant Nofsani.
Dwar il-Kosovo, il-Ministri ddiskutew is-sitwazzjonifid-dawl tal-incidenti serji li sehhew f’Marzu. Kien hemm gharfien li l-Unjoni Ewropea trid tkun involuta bis-shih fit-tfittxija ghal soluzzjoni, partikolarment f’dak li ghandu x’jaqsam mal-protezzjoni tal-minoritajiet. Il-Ministri esprimew impenn sabiex jitfasslu proposti ghat-twettiq tal-politika ta’ ‘standards before status’. Il-laqgha sahqet li ma tistax tinghata l-impressjoni li min huwa responsabbli ghall-vjolenza qieghed jigi ppremjat a skapitu ta’ titjib fl-‘istandards’.
Il-Ministri ittrattaw ukoll il-qaghda mweghra uvjolenti fl-Iraq li qed tfixkel il-process ta’ trasferiment ta’ poteri lill-poplu Iraqi. Kien hemm qbil li ghandu jinghata rwol importanti lin-Nazzjonijiet Uniti fil-process ta’ tranzizzjoni. Hafna sostnew li l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ghandhom jahdmu flimkien biex tigi addottata Rizoluzzjoni sabiex in-Nazzjonijiet Uniti tinghata dan ir-rwol. L-Unjoni Ewropea tinsab lesta li taghti l-ghajnuna mehtiega fl-ezercizzju ta’ tranzizzjoni kif ukoll fil-process tal-elezzjonijiet, kemm lin-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll lill-awtorita’ provizorja fl-Iraq.
Dwar il-Lvant Nofsani, il-Presidenza harget stqarrijali tirrifletti kunsens fil-laqgha li fiha gie mtenni li r-‘roadmap’ tibqa’ l-unika triq li permezz taghha ghandu jintlahaq l-ghan ta’ zewg stati bi stat indipendenti, vijabbli u sovran Palestinjan, li jghix fil-paci ma’ stat Israeljan bi fruntieri rikonoxxuti u siguri. L-Unjoni ma tirrikonoxxi l-ebda tibdil ghall-fruntieri ta’ qabel l-1967, jekk dan ma jkunx bhala rizultat ta’ qbil bejn iz-zewg nahat, u tishaq li l-ebda fehma dikjarata fuq ir-rizultat ahhari, ma jista’ johnoq in-negozjati biex jintlahaq dak l-istess rizultat. Dwar ir-refugjati, hawn ukoll ghandhom jigu rispettati d-dispozizzjonijiet tar-‘roadmap’. L-Unjoni Ewropea sahqet fuq il-principju, accettat ukoll mill-Istati Uniti, li kwistjonijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-istat finali huma suggetti ghan-negozjati u ftehim bejn il-partijiet infushom, u m’ghandomx jigu decizi minn qabel.
L-U. E. tilqa’ l-proposta ta’ l-irtirar ta’Israel minn Gaza. Dan jista’ jitqies bhala pass importanti fit-twettiq tar-roadmap, jekk jigu rispettati certi kundizzjonijiet. L-irtirar ghandu jkun mahsub sabiex tigi zgurata l-ordni f’Gaza u z-zamma tas-sigurta’. F’dan il-kuntest, l-UE hija lesta li tghin lill-Awtorita’ Palestinjana biex tiehu responsabbilta’ ghaz-zamma tal-ordni, li tissokta bl-ghajnuna prezenti u li tezamina bzonnijiet li jistghu jinqalghu minhabba sitwazzjoni gdida f’Gaza. Saret enfasi fuq il-bzonn ta’ numru ta’ mizuri sabiex ma jinholoqx vojt politiku f’Gaza.
L-Unjoni talbet lill-pajjizi fir-regjun biex jaghmlukull sforz biex jippromwovu l-paci u jiggieldu t-terrorizmu. Esprimiet ukoll ix-xewqa li jkun hemm laqgha tal-‘Quartet’ fl-ghola livell kemm jista’ jkun malajr. F’dan il-kuntest, il-‘Quartet’ ghandu rwol importanti biex jintahaq l-ghan ta’ paci fir-regjun.


DOI – 19.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow