Edukazzjoni bl-iSport
PR552
19/04/2004
Edukazzjoni bl-iSport
| Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u | Impjiegi, permezz tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, flimkien mal-Kunsill Ewropew qed jorganizzaw seminar dwar l-‘Edukazzjoni permezz ta’ l-iSport’. |
| Is-seminar qed isir bħala waħda mill-attivitajiet | li qed jiġu organizzati fuq livell Ewropew fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea ta’ l-Edukazzjoni permezz ta’ l-iSport. Għal dan is-Seminar qed jattendu diversi għalliema Maltin kif ukoll għalliema minn 10 pajjiżi Ewropej (Latvija, Greċja, Spanja, Ċipru, Romanija, Slovenja, Litwanja, Estonja, Bulgarija u l-Ġermanja). |
| Fost il-kelliema li se jindirizzaw dan is-seminar tul | il-ġimgħa ta’ laqgħat li qed isiru fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kurrikulu, hemm Mr. Michael Donovan mill-University College ta’ Worcester, Mr. Michael Aquilina - Direttur ta’ l-Istitut ta’ l-Edukazzjoni Fiżika u l-iSport fl-Universita’ ta’ Malta, Ms. Kathryn Borg - Direttriċi tal-Kunsill Malti ta’ l-iSport, u diversi persuni oħra mill-qasam edukattiv u sportiv Malti. |
| Fost it-temi li ser jiġu diskussi hemm: ir-rabtiet | bejn l-isport, l-edukazzjoni u l-edukazzjoni fiżika; is-saħħa u l-parteċipazzjoni fl-isport tul il-ħajja; il-valur ta’ l-ideal olimpiku; l-isport għat-tfal; l-identifikar tat-talenti; l-assessjar u ċ-ċertifazzjoni tal-ħiliet; u l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport. |
| Waqt il-ftuħ tas-seminar, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, | Zghazagh u Impjiegi, l-Onor. Louis Galea tkellem dwar l-importanza ta’ l-isport fl-iżvilupp sħih ta’ l-istudenti partikolarment permezz ta’ l-Edukazzjoni. Hu rrefera għall-Kurrikulu Nazzjonali li jirrikonoxxi l-importanza ta’ l-edukazzjoni fiżika u ta’ l-isport, u qal li minn meta kien ippublikat il-kurrikulu ittieħdu diversi passi biex jitwettaq dak li hemm fil-kurrikulu nazzjonali dwar dan il-qasam. Fost affarijiet oħra, il-Ministru semma’ li issa l-istudenti jistgħu jagħmlu eżami ta’ l-Edukazzjoni Fiżika fil-livell tas-SEC u twaqqaf ukoll l-Istitut ta’ l-Edukazzjoni Fiżika u Sport fl-Universita’ ta’ Malta. |
| Louis Galea qal li wasal iż-żmien li nibdew | nikkonsolidaw l-ideat u l-inizjattivi partikolarment billi jkun hemm kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Ministeru, il-Kunsill Malti għall-iSport, id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u l-Universita’ fuq oqsma u livelli differenti. |
| Hu semma oqsma bħall-iżvilupp kurrikulari u l-evalwazzjoni | tal-programmi li għandna fil-livelli primarji u sekondarji, l-iżvilupp tat-taħriġ li jsir għall-għalliema, riċerka lokali fuq livell akkademiku u programm wiesgħa biex titqajjem aktar kuxjenza dwar il-benefiċċji ta’ l-isport u l-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel. |
| Il-Ministru Louis Galea ħabbar li biex iseħħ din | il-konsolidazzjoni ser jinħoloq ‘working group’ dwar l-Edukazzjoni Fiżika u l-iSport li jkun jinvolvi rappreżentanti mill-oqsma ewlenin. Dan il-grupp hu mistenni li jirrevedi l-kontenut tal-kurrikulu nazzjonali dwar l-edukazzjoni fiżika u l-isport u jagħti r-rakkomandazzjonijiet għat-tibdil li hemm bżonn isir kif ukoll dwar strutturi ġodda li jistgħu jwettqu dawn l-iskopijiet b’mod aktar effettiv. |
DOI – 19.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en