L-Istudenti: Vuċi Ewlenija fid-Dibattitu Nazzjonali
PR548
19/04/2004
| L-Istudenti: | Vuċi Ewlenija fid-Dibattitu Nazzjonali |
| L-organizzazjoni | ta’ l-istudenti ta’ l-Universita` ‘Insite’ organizzat il-Kungress Nazzjonali ta’ l-Istudenti. Studenti minn diversi oqsma ddiskutew temi li jikkonċernawhom kif ukoll temi nazzjonali. L-ewwel tema ittrattat jekk l-esperjenza ta’ l-Universita` hix waħda ta’ edukazzjoni shiha li tifforma l-istudenti jew twassalx biss biex wieħed jikseb l-istat tiegħu fis-soċjeta’. It-tieni tema ttrattat l-organizzazjonijiet ta’ l-istudenti u jekk dawn jirrappreżentawx lill-istudenti b’mod effettiv fil-qafas li jaħdmu fiħ. It-tielet dibattitu indirizza r-rwol li għandu jkollu l-Kunsill Studenti Universitarji (KSU). L-aħħar dibattitu iffoka fuq kif il-vuċi ta’ l-istudenti u l-organizzazzjonijiet tagħhom qed tasal fil-pubbliku u x’kontribut qed tagħti l-medja lokali biex titwassal din il-vuċi. |
| Fid-diskors | tal-ftuħ ta’ dan is-seminar, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, l-Onor. Louis Galea faħħar l-inizjattiva ta’ “Insite” u qal li l-istudenti dejjem kienu parti importanti mid-dibattitu fuq diversi temi nazzjonali. Hu qal li illum ukoll hemm bżonn li l-istudenti jiddiskutu temi nazzjonali u internazzjonali b’referenza partikolari għar-reġjun ewro-mediterranju. Louis Galea qal li bħala student hu kien involut f’moviment li ħadem biex l-Universita` issir b’xejn għal kulħadd fl-aħħar tas-sittinijiet, fil-Kampanja Djar għall-Maltin u biex isiru riformi fl-Universita` fis-sebgħinijiet. Il-Ministru qal li għalkemm illum ir-realitajiet huma differenti, l-istudenti għandhom isemmgħu leħinhom mhux biss dwar l-oqsma li jirrigwardawhom iżda wkoll dwar bidliet soċjali li qed iseħħu u jridu jsiru. |
| Louis | Galea tkellem dwar ir-riformi fil-qasam edukattiv partikolarment fil-livell post-sekondarju u terzjarju. Hu qal li kulħadd jirrikonoxxi l-iżviluppi kbar li seħħew f’dawn l-oqsma fl-aħħar snin. L-edukazzjoni għandha sehem ewlieni u kruċjali fil-ħajja ta’ kull individwu u fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. “Fil-Pjan Nazzjonali għall-Impjieġi li qed jitfassal bħalissa il-maġġoranza tal-miri għandhom rabta ma’ titjib fl-edukazzjoni tal-poplu. Ma jistax ma jkunx hekk jekk verament nemmnu f’soċjeta’ u ekonomija mibnija fuq l-għerf (Knowledge Society).” |
| Louis | Galea qal li llum is-settur post sekondarju u terzjarju hu mibni fuq żewġ kolonni importanti f’pajjiżna : l-Universita’ u l-MCAST. Il-Ministru qal li dawn is-setturi mistennija jkomplu jikbru biex fis-snin li ġejjin nilħqu l-miri li qed inpoġġu quddiemna jiġifieri li jkollna mal-85% ta’ dawk fl-eta’ ta’ 22 sena b’edukazzjoni post-sekondarja u li nnaqqsu il-perċentaġġ ta’ dawk li jitilqu mill-iskola qabel jaghlqu t-tmintax il-sena għal taħt l-10%. Louis Galea qal li illum fl-MCAST hemm 3500 student full-time u madwar 1000 student part-time, fl-Universita’ in-numru ta’ studenti issa tela għal kważi 10,000 li jinkludi madwar 750 student barrani minn 80 pajjiż differenti, u hemm aktar minn 3000 student ieħor fil-Junior College barra mijiet ohra ta’ studenti f’istituzzjonijiet post-sekondarji. |
| Louis | Galea qal li ghalhekk hu importanti li l-Gvern ikollu analizi u rakkomandazzjonijiet dwar kif l-ahjar jassigura il-kwalita` billi jara li jkunu sistemi sostenibbli ta’ finanzjament ghall-istituzzjonijiet ta’ edukazjoni ogħla. Il-Ministru Galea sostna li l-Gvern ser jibqa` jinsisti li li l-MCAST u l-Universita` ikunu aċċessibbli għal kulħadd b’mod l-aktar ekwu u li tkun assigurata l-kwalita` ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ. Hu għalhekk li bħalissa qed jiġu finalizzati it-termini ta’ riferenza ta’ Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla biex tgħin il-Gvern jaġġorna id-direzzjoni u l-istrateġija f’dan is-settur. “Jeħtieġ li nimmassimizzaw l-użu tar-riżorsi li għandna u li naħtfu l-opportunitajiet il-ġodda li toffri l-Unjoni Ewropeja. Din it-tip ta’ analiżi kritika qed issir fil-pajjiżi żviluppati kollha u hu tajjeb li pajjiżna jeżamina l-esperjenzi ta’ pajjiżi oħra biex ir-riformi li jsiru ikunu aktar imsawwra u validi. F’dan id-dibattitu l-organizzazjonijiet ta’ l-istudenti se jkunu involuti mill-bidu.” |
| Il-Ministru | Galea qal li l-istudenti ser ikunu wkoll involuti fid-diskussjoni dwar is-sistema ta’ l-għotjiet ta’ manteniment ghall-istudenti. Il-Gvern hu dispost jiddiskuti ma’ kulhadd suġġerimenti li jtejjbu l-kisba tal-objettivi li għandha din is-sistema ta’ għajnuna lill-istudenti u l-familji tagħhom. “Min f’dan l-istadju bikri ta’ din id-diskussjoni jagħmel kampanja partiġjana jagħmel il-hsara u jkun qed juri li mhux tassew għandu għal qalbu l-interessi ta’ l-istudenti u ta’ l-edukazzjoni. L-għaqal jitlob li kull min hu interessat jiehu sehem fid-diskussjoni wara li issir magħrufa l-informazzjoni kollha. Id-diskussjoni hi ħafna aktar wiesgħa mis-sistema ta’ l-għotjiet ta’ manteniment u jkun żball li wieħed jibda mill-bidu jasal għal konklużjonijiet mgħaġġla u bla ħsieb.” Il-Ministru Galea qal li meta il-grupp li qed imexxi Roderick Chalmers jippresenta ir-rapport tiegħu, hu beħsiebu jgħaddih lill-Oppozizzjoni biex issir diskussjoni fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament kif ukoll lill-Kunsill Malti għall-iżvilupp ekonomiku u Socjali. “B’hekk il-Gvern ikollu quddiemu l-veduti ta’ kulħadd qabel jieħu id-deċiżjonijiet meħtieġa.” |
| Il-Ministru temm id-diskors tiegħu b’appell lill-istudenti biex | jibqgħu attivi f’kull qasam tal-hajja edukattiva u soċjali biex b’hekk l-esperjenza tagħhom tkun wahda ħolistika li tiżviluppa il-ġisem u l-moħħ tal-poplu Malti. Hu semma wkoll id-diversi programmi u opportunitajiet li jeżistu issa li pajjiżna se jkun membru ta’ l-Unjoni Ewropeja fi ftit ġimgħat oħra. “S’issa pajjiżna iggwadanja ħafna mill-programmi u l-opportunitajiet li toffri l-UE. Kull fejn konna involuti wrejna li aħna kapaċi mhux biss nippreżentaw ideat u programmi innovattivi u kreattivi imma irnexxielna wkoll niġbdu lejn pajjiżna fondi sostanzjali li proporzjonatament huma ħafna ikbar milli kisbu pajjiżi oħrajn, u dan hu wieħed mill-vantaġġi li għandu pajjiż żgħir bħal tagħna.” |
DOI – 19.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en