MUżEW ħAJ TA' WIRT FIL-ġEBLA
PR546
17/04/2004
| MUżEW ħAJ TA' | WIRT FIL-ġEBLA |
| Siltiet | minn diskors li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech għamel meta indirizza seminar dwar il-preistorja ta’ Malta fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija, il-belt Valletta . |
| Meta | kien qed jindirizza seminar dwar il-preistorja ta’ Malta fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija, il-belt Valletta , il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-istorja ta’ pajjiżna tmur lura 7000 sena b’tempji preistoriċi li huma aktar antiki mill-piramidi u minn ‘ Stonehenge ’. Hu qal li ma setax jonqos li Malta ma tkunx fil-benniena ta’ l-istorja minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha f’nofs il-baħar Mediterran f’dik li kienet id-dinja magħrufa taż-żminijiet tal-qedem. Malta , f’nofs il-benniena taċ-ċivilizazzjoni, kienet maħkuma mill-qawwiet kollha li mexxew id-dinja u li ħallew il-marka tagħhom fuq l-istorja ta’ pajjiżna. Storja li għażlitna minn ġnus oħra u li għamlet minn pajjiżna nazzjon Indipendenti bil-karatteristiċi kollha li dan iġib miegħu. |
| Francis | Zammit Dimech qal li pajjiżna kien mużew ħaj ta’ wirt fil-ġebla. Hu qal li l-ewwel nies li kienu jgħixu f’Malta bnew f’pajjiżna madwar 30 tempju li wħud minnhom huma fost l-aqwa kostruzzjonijiet li jeżistu fid-dinja. Hu fakkar li fost dawn it-tempji hemm dawk tal-Ġgantija, Mnajdra, Ħaġar Qim, l-Ipoġew u t-tempji ta’ Ħal Tarxien. Uħud minn dawn it-tempji nbnew b’sengħa kbira u jistgħu jitqiesu li kienu l-ewwel xogħlijiet arkitettoniċi mhux biss f’pajjiżna iżda fid-dinja. Hu qal li dawn kollha huma xhieda tal-kultura antika tal-Gżejjer Maltin. Francis Zammit Dimech qal li dak li seħħ f’dawn it-tempji għadu mhux magħruf bl-eżatt iżda l-kobor tal-ġebel u l-mod kif kien strutturat jindika d-dedikazzjoni spiritwali ta’ min kien jiffrenkwenthom. Hu qal li dawn huma xhieda ta’ l-aktar ċivilta’ qadima fil-Mediterran. Hu qal li dawn it-tempji jindikaw li dawk li għexu fi Żmien il-Ġebel ħasbu mhux biss biex jipproteġu l-familji tagħhom iżda anke l-ispirtu u l-ħajja li tiġi wara. |
| It-tempji | preistoriċi ta’ pajjiżna bdew jinkixfu wara l-1827. Fost dawn hemm uħud li huma fi stat daqshekk ħażin li spiċċaw munzelli ta’ ġebel filwaqt li oħrajn huma ta’ għoli ta’ aktar minn ħames metri. Il-preistorja ta’ Malta tinqasam fi tliet perjodi bil-perijodu tan-nofs jissupera t-tnejn l-oħra iżda li xorta ħallew l-marka tagħhom fuq l-arkeoloġija ta’ pajjiżna. Meta l-Feniċi waslu Malta fis-sena 800 Qabel Kristu , Malta kienet tikkonsisti f’irħula żgħar fewdali mibnija fuq għoljiet. L-aktar magħrufa minn dawn il-villaġġi hu Borg in-Nadur f’Birżebbuġa u l-Baħrija. |
| Francis | Zammit Dimech qal li pubblikazzjoni tal-Gvern li ħarġet fl-1964 tagħti indikazzjonijiet dwar kif kienu dawn it-tempji. Din tgħid li kull kumpless ta’ tempji kien jikkonsisti f’numru ta’ kmamar forma ta’ D li jiftħu fuq bitħa fin-nofs. In-numru ta’ kmamar kien ikun ta’ tlieta jew ħamsa. Passaġġ tal-ġebel – ġebel wieqaf tnejn, tnejn u b’ġebel ieħor li kien jistrieħ fuqu – kien ittella’ tul l-assi tal-bini u kien jgħaqqad il-btieħi maċ-ċentru tal-faċċata. L-akbar blokki, sa 20 tunnellata, jinsabu fil-ħitan ta’ barra. Ġewwa, il-kmamar fihom artali ta’ forom diversi, kmamar fuq il-ġnub u f’xi każi blokki b’dekorazzjonijiet elaborati u panewijiet ta’ ġebel dekorat. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura ikkwota wkoll minn studju dwar “Żmien il-Ġebel” li deher fil-MaltaToday ta’ Awissu 1968. F’dan l-istudju jingħad li l-ordni fl-arkitettura twieldet fil-gżejjer Maltin ħafna żmien ilu. Il-pjan ta’ Skorba, wieħed mill-aħħar gruppi ta’ tempji li nkixef, juri b’mod distint sew ix-xewqa kif ukoll il-mod biex inkisbet din l-ordni. Hemm assi ċentrali li jidher mill-bieb tad-dħul tul il-vestibolu, u bl-apsidi mibni simetrikament fuq assi orizzontali f’angolu ta’ 90 grad miegħu, lejn it-tieni daħla għal post ewlieni. L-istudju jinnota li n-natura tipprovdi l-istess tip ta’ ġeometrija fil-kostruzzjoni tal-weraq. Hemm ukoll il-forma tal-ħajt ta’ barra li jagħlaq minn natura il-post sagru li fih il-bniedem primittiv irtira u hekk impona l-ordni mill-kaos ta’ barra. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li dan l-istudju jindirizza it-tempji Tal Borg, tas-Silġ, Ħaġar Qim, Mnajdra u Ġgantija. Hu qal li Ħaġar Qim hu wieħed mill-aħjar eżempji ta’ arkitettura preistorika u juri li fi żmien meta kienet inħasset il-ħtieġa li tiġi riorjentata l-entratura ta’ Ħaġar Qim faċċata ta’ Filfla, l-assi iddawwru prattikament 90 grad u l-akbar miż-żewġ apsidi sar kurudur twil tad-daħla. Hu qal li meta twettqu dawn l-innovazzjonijiet l-faċċata majjestuża ta’ dan it-tempju setgħet inbidlet fid-daħla ta’ wara. Francis Zammit Dimech qal li kien hawnhekk li l-awtur jimmaġina li jekk l-aħħar tbassir hu korrett u li arkitett mill-Mediterran bena l-osservatorju fi Stonehenge , allura l-arkitett seta’ kien ispirat minn dak ta’ Ħaġar Qim. |
| Malta | kienet tista’ titqies bħala mużew tal-wirt fil-ġebel. Hu qal li minbarra l-fdalijiet ta’ daqshekk tempji kien hemm numru kbir ta’ oqbra mħaffra fil-blat u mxerrda mal-gżira kollha. Fi Żmien il-Ġebel id il-bniedem kienet l-aħjar, jekk mhux ukoll l-unika għodda li kien hemm. Hu qal li jidher li dawn in-nies bnew it-tempji bix-xewqa li jsibu l-paċi u anke bħala sinjal ta’ dedikazzjoni lejn il-Ħallieq. |
| Il-wirt | preistoriku ta’ pajjiżna kien mhux biss wirt tagħna l-Maltin iżda tad-dinja kollha. Hu qal li kien għalhekk li kienu qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex inħarsuh. Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-Gvern kien irċieva aktar minn 20 desinn għall-Heritage Park li kien maħsub li jinbena biex idawwar tnejn mill-aktar żewġ monumenti prezzjużi taż-żminijiet preistoriċi, dawk ta’ l-Imnajdra u Ħaġar Qim. Hu qal li dawn ġew inklużi fil-UNESCO World Heritage list ta’ l-1992. Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-proġett kien kandidat primarju biex jikkwalifika għal fondi strutturali mill-Unjoni Ewropea. Hu fakkar li x-xahar id-dieħel kien se jitħabbar l-proġett rebbieħ għall-heritage park u li kienet se tkun inawgurata wirja tad-disinji kollha li ġew sottomessi. |
| Francis | Zammit Dimech ikkonkluda li kien ta’ inkorraġiment li l-poplu kien illum aktar konxju mill-wirt storiku ta’ pajjiżna. Hu qal li l-wirt preistoriku ta’ pajjiżna ridna nħarsuh għaliex kien xieraq li dak li ħallewlna ta’ qabilna nħalluh aħjar milli sibnieh. |
DOI - 16.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en