DISKORS MILL-ONOR. NINU ZAMMIT, MINISTRU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA, FL-OKKAZJONI TA' L-INAWGURAZZJONI TAS-SISTEMA TA' DAWL FUQ IL-FORTI SANT'ANGLU - BIGU - IL-GIMGHA 16 TA' APRIL 2004
PR545
16/04/2004
| DISKORS MILL-ONOR. NINU żAMMIT, MINISTRU GħAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA, FL-OKKAżJONI TA’ L-INAWGURAZZJONI | TAS-SISTEMA TA’ DAWL FUQ IL-FORTI SANT’ANġLU - BIRGU - IL-ġIMGħA 16 TA’ APRIL 2004 |
| (Attivita` li hija parti mill-programm ta’ Celebrazzjonijiet fl-okażżjoni | tad-dħul ta’ Malta fl-UE ) |
| Onorevoli Mr. Speaker, Ministri, kollegi | membri Parlamentari, Sindki u kunsilliera, mistiednin distinti: |
| Huwa pjacir kbir tieghi li nilqaghkom | illejla ghal din ic-cerimonja li fiha ser ninawguraw ufficjalment is-sistema l-gdida ta’ dawl fuq u madwar il-Forti Sant’Anglu gewwa l-Birgu. Ninsabu hawn fil-gnien tal-Barrakka ta’ Fuq ghaliex huwa post ideali hafna minn fejn ser inkunu nistghu napprezzaw il-majesta` ta’ dan il-Forti meta jigi mixghul. |
| Il-progett li se ninawguraw illum huwa | wiehed ta' importanza kbira. Huwa mera ta’ l-impenn li ghandu dan il-Gvern biex jirrijabilita u jirrigenera l-Kottonera. F’dawn l-ahhar snin twettqu diversi progetti kbar fil-Kottonera u dan jista' jarah u jixhdu kulhadd, kif jikkonfermawh ukoll ir-residenti stess tal-Kottonera. |
| Din iz-zona f’pajjizna ghaddeja | minn rigenerazzjoni qawwija u dan il-Gvern qed jinvesti l-flus u r-risorzi biex il-pjanijiet ghal din ir-rigerenazzjoni jitwettqu gradwalment. Kif kelli l-okazzjoni ricentament inhabbar, il-Master Plan tal-Birgu li ghandu jkun lest dalwaqt, iqies il-Forti Sant’Anglu bhala l-qofol tar-rigenerazzjoni mhux biss tal-lokalita` tal-Birgu izda wkoll iqiesu bhala l-qofol tar-rigenerazzjoni tal-Kottonera kollha. |
| Il-Forti Sant Anglu kien jixraqlu din l-attenzjoni | ghaliex dan huwa wiehed mill-aktar Forti mportanti ta' pajjizna. Dan il-Forti fil-passat gie trattat minghajr dinjita` u gie sfortunatament ukoll mkasbar. Bizzejjed wiehed isemmi l-kmamar zejda li kienu nbnew mas-swar, l-iswimming pool imhaffer fis-swar, is-sigar li ghamlu tant hsara u strutturi ohra li qatt m’ghamlu gieh lil dan il-post. Dan kollu qed nippruvaw nikkoreguh u qedghin naghmlu hilitna kollha sabiex il-Forti Sant’Anglu tinghatalu d-dehra li tant tixraqlu. Dan huwa Forti li jitpaxxew bih l-eluf ta’ turisti li jzuru l-Port il-Kbir u li jigu japprezzaw il-pregju tieghu minn dan il-gnien. |
| Il-progett tas-sistema ta’ dawl fuq | il-Forti Sant’Anglu huwa wiehed kumpless hafna u kien jinkludi sforz kollettiv minn dawk kollha nvoluti. L-iskema ta' dawl hija wahda li taghti mportanza partikolari lill-Forti, bi tlett livelli ta' dawl differenti li jixghelu d-diversi livelli tal-forti. Qed nitkellmu fuq progett ta' Lm49,000 li kien jinkludi t-tqeghid ta' aktar minn zewg kilometri ta’ cable, thaffir ta' trinek f'zoni partikolari, l-installazjoni ta' ammont kbir ta’ floodlights, kif ukoll xoghol relatat mat-teknikalita` ta’ kif tippozizzjona d-dawl. Ta dan kollu rrid nghid grazzi u prosit lil kul min hadem fil-post u certament mhux lanqas lill-koordinatur Ray Bondin u lid- designer Stephan Buttigieg li bin-nies taghhom urew il-kapacita` li nistghu inwettqu xoghol prestigjuz. |
| Dan il-Gvern jinsab impenjat li jibqa` | jahdem bis-shih biex naraw li l-Kottonera tinghata l-attenzjoni li jisthoqilha. Qedghin nuru l-impenn taghna b'numru ta' progetti li kontinwament qedghin jigu mnedija u sensiela ta’ ohrajn li qed ikunu ppjanati. Fost ix-xogholijiet ta’ restawr li l-aktar li jispikkaw fil-Kottonera nsemmi l-Istatwa tar-Rebha fil-Birgu, r-restawr fuq is-swar kollha ta’ Isla u Bieb Sant’Anna, r-restawr fuq Bieb Santa Liena f’Bormla, restawr tas-swar tar-Rinella fil-Kalkara, il-progett tal-Kappella tas-Salvatur fil-Kalkara, is-sejba tal-pedamenti tat-torri ta’ l-Arlogg fil-pjazza tal-Birgu u x-xoghol ta’ restawr fil-Palazz ta' l-Inkwizitur u fl-Armerija. Dawn kollha li elenkajt huma biss uhud mill-progetti imnedija mill-Kumitat ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera li hawn niehu l-okkazzjoni nirringrazzja lill-membri kollha tieghu. |
| Sinjuri, bil-kollaborazzjoni u bid-determinazzjoni | ta’ kulhadd jien perswaz li fl-erba` snin li ghandna quddiemna nistghu naghmlu iktar milli ghamilna fil-Kottonera u perswaz ukoll li dak kollu li ser naghmlu ser jghin sabiex tkompli tigi rijabilitata l-Kottonera li hija mira mportanti tal-Gvern kemm mill-lat turistiku kif wkoll mil-lat ekonomiku u socjali. Dan insostnieh ghaliex permezz ta’ qawmien gdid f’din iz-zona tal-pajjiz li huwa benniena ta’ kultura, jista` jigi stimulat aktar kummerc, aktar xoghol u aktar gid. |
| Huwa ghalhekk bi pjacir kbir ghalija li | ninawgura ufficjalment dan il-progett fil-Birgu, progett fil-Kottonera li izda huwa u ta' Malta kollha ghaliex se jixghel ic-centru ta' wiehed mill-isbah portijiet fil-Mediterran. |
Grazzi
DOI – 16.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en