Patata ghall Esportazzjoni - Grading Station Ta' Qali
Dalghodu is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd, Dr. Francis Agius, mar jara l-process ta’ grading tal-patata li bhalissa qeghda fi stadju avanzat fl-esportazzjoni. L-esportazzjoni bdiet fis-16 ta’ Marzu 2004 u ser taghlaq nhar l-20 ta’ Mejju 2004.
Dr. Agius spjega li bhal snin ohra, din is-sena huma diversi t-tipi ta’ patata li qed jigu esportati fosthom Sante u Alpha. Din is-sena l-esportazzjoni mistennija tlahhaq is- 6,000 tunellata. Dr. Agius kompla jghid li din is-sena ghall ewwel darba m’hemmx kwota ghall esportazzjoni u dan grazzi ghas-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea li ser issir fi ftit gimghat ohra.
Dr. Agius qal li permezz tal-Eurogap (good agricultural practices) certificate, il-prodotti tal-bdiewa taghna issa ser jibdew jigu rikonoxxuti mill Unjoni Ewropea. Dan huwa certifikat li jfisser kwalita’ u prodott ta’ livell gholi.
Il-Gvern ukoll minn naha tieghu investa Lm30,000 biex jassigura:
- training professjonali tal-Eurogap inspectors
- assistenza fil-procedura ta’ l-awditjar
- support lill-bdiewa biex jinhargilhom ic-certifikat tal-Eurogap
- li tinghata l-ghajnuna kollha mehtiega biex il-bdiewa taghna isiru aktar kompettitivi.
L-Onor. Francis Agius spjega li din is-sena l-bdiewa Maltin ser jibbenefikaw minn sistema gdida li ser twassal biex il-flus dovuti lill-bdiewa mill-patata ser jinghataw fil-hin u mhux kif kien isir fil-passat, igifieri xhur wara. Il-bdiewa taghna ser jinghataw Lm14 kull qantar jew ahjar kull 80kg. Issa li l-bdiewa taghna ser ikollom ic-certifikat tal-Eurogap ser ikollhom is-swieq kollha miftuha ghalihom u l-prodott taghhom jista` jigi esportat bla xkiel ta’ xejn. Dr Agius irringrazzja lill-bdiewa talli ikkoperaw bis-shih mat-tigdid ta din is-sistema kif ukoll biex irrnexxielhom jakwistaw ic-certifikat tal-Eurogap. Minn naha l-ohra ringrazzjament mar ukoll lejn il-haddiema kollha tad-dipartiment li ikkoperaw bis-shih mal-bdiewa u kienu ta’ ghajnuna ghalihom.
Dr. Agius temm jghid "li issa il-bdiewa taghna qed jaraw b’ghajnejhom li mill-paroli ghaddejna ghall fatti u dan ghall-kuntrarju ghal min kien ibezza lill-bdiewa taghna ser imutu bil-guh u li dan is-settur ser jisfaxxa fix-xejn. Dan huwa zmien ta’ opportunitajiet kbar ghall-bdiewa taghna, zminijiet tad-deheb fejn kull min irid ser ikollu kull cans li jikkompeti u hekk jghamel parti mill familja kbira Ewropea".
DOI – 16.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en