Left arrow Go Back

IMPENN MILL-GVERN BIEX TIŻDIED IL-PARTEĊIPAZZJONI TAT-TFAL FL-ISPORT

PR54
Date Icon 20/01/2004

Il-Gvern qed jimpenja ruħu bis-sħiħ biex jiddaħħlu programmi u inċentivi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tat-tfal fl-isport.

Dan qalu il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura, l-Onor. Jesmond Mugliett waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha il-Kumitat Olimpiku Malti ppreżenta r-riżultati ta’ studju li sar f’numru ta’ skejjel fost tfal ta’ etajiet li jvarjaw bejn it-12 u l-14-il sena. L-istħarriġ, fil-forma ta’ testijiet fiżiċi, kien it-tielet stadju tat-Talent Identification Scheme li hija intiża biex tittieħed idea ċara tal-attitudni sportiva tat-tfal Maltin kif ukoll biex tagħti parir dwar liema dixxiplina sportiva tkun l-aktar adatta għal min jieħu sehem fl-istudju.

Il-Ministru Mugliett qal li dan il-proġett tal-Kumitat Olimpiku Malti jidħol sew mal-kultura tas-Sena Ewropea tal-Edukazzjoni bl-Isport għax bih qed tiġi imkejla d-disponibilita’, l-preparazzjoni u kemm huma addattati it-tfal Maltin għal diversi dixxiplini sportivi.

Il-Perit Mugliett qal li aktar ma jsiru testijiet bħal dawn aktar tittieħed idea ċara ta’ kif qed jiżviluppaw it-tfal Maltin. Hu żied li għalhekk jkun interessanti tara dan is-survey jsir fuq numru ta’ snin biex joħroġ kemm minn dawn it-tfal qed ikomplu jiprattikaw l-isport u jekk dawn humiex qed jiżdiedu jew jonqsu. Stħarriġ bħal dan jixħet ukoll dawl fuq l-għażliet tat-tfal fl-isport u jekk dawn humiex qed jibqgħu l-istess jew hux qed jinbidlu skond il-kultura.

Il-Ministru għaż-Żgħażagħ u Kultura qal li l-għan ewlieni ta’ programmi edukattivi bħal Skolasport kien li jinqerdu użanzi koroħ bħal li l-ġenituri jagħżlu liema sport għandhom jippratikaw it-tfal tagħhom. Hu qal li it-Talent Identification Scheme tgħin biex l-għażla tat-tfal tittieħed skond l-inklinazzjoni li jkollhom.

Il-Ministru Mugliett qal li r-riżultat ta’ l-istħarriġ ser jgħin ukoll lill-entitajiet involuti f’dan il-qasam sabiex iħejju programmi għall-isport aktar effettivi fil-futur.

"Għandu jindikalna kif irridu nagħmlu l-investiment u jgħidilna kif ser inżommu iktar it-tfal fl-isport. Kull entita’, il-Gvern u anke id-diviżjoni tal-edukazzjoni trid tara kif ħa toħloq programmi sabiex it-tfal jibqgħu jiprattikaw l-isport u ddaħħal inċentivi ġodda għal dan l-għan.

“Li nżommu l-popolazzjoni tagħna attiva fl-isport żgur li hija sfida li għandna bżonn niffaċċjaw. Imbgħad irridu naraw kif ser nestendu l-parteċipazzjoni fi sport relevanti, li it-testijiet qed juru li hemm talent, iżda ftit interess fih fuq livell lokali.” kompla jgħid il-Ministru.

Il-Perit Mugliett saħaq li kulħadd – il-Kumitat Olimpiku Malti, l-edukaturi u l-Gvern - għandu xi ħaga x’jieħu minn dawn ir-riżultati. “Għalhekk b’mod responsabbli għandna nisiltu konklużjonijiet biex nagħtu direzzjoni lill-investiment tagħna. Dawn ir-riżultati ma jsarrfu f’xejn. Jibdew jissarfu biss jekk jittieħdu deċiżjonijiet fuqhom li jissarfu fi programm ta’ azzjoni,”.

Il-Ministru temm billi faħħar lill-Kumitat Olimpiku Malti talli ħa din l-inizjattiva u talli sfrutta l-opportunitajiet ta’ fondi mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex investa f’dan il-programm.

Hu awgura li dan l-istħarriġ jitkompla u li l-isfidi li r-riżultati qed jippreżentaw niffaċċjawhom bi kreattivita.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow