Left arrow Mur Lura

Registrazzjoni ta` Medicini

PR539
Date Icon 16/04/2004
Riċentement qegħdin jiġu ppublikati fl-istampa numru ta’ artikli lijaċċennaw li minħabba l-proċess lokali tar-reġistrazzjoni tal-mediċini jista’ jkun hawn nuqqas ta’ xi prodotti mediċinali u li jista’ jogħla l-prezz ta’ xi prodotti tal-mediċini fuq is-suq f’Malta. Peres li saru xi allegazzjonijiet li jistgħu jinkwetaw lill-pubbliku, id-Diviżjoni tas-Saħħa ħasset il-ħtieġa li jiġu iċċarati xi punti dwar is-sistema tar-reġistrazzjoni li qed tiġi addottata.
Ir-reġistrazzjoni tal-mediċini għandha l-għanprinċipali li taċċerta li l-prodotti kollha fuq is-suq Malti huma effikaċi, ta’ kwalità tajba u mhux ta’ ħsara għas-saħħa. Kull min kiteb fuq il-gazzetti qabel li dan bżonjuz għax il-proċess għar-reġistrazzjoni tal-mediċini qed isir skond id-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-sistema tar-reġistrazzjoni tipproteġi lis-saħħa pubblika minn mediċini inferjuri li jistgħu jkunu ta’ dannu għas-saħħa.
M’għandux ikun hemm problemi tekniċi biexil-mediċini li kienu fuq is-suq Malti u li huma wkoll fis-swieq ta’ pajjiżi Ewropej jiġu rreġistrati f’Malta għax is-sistema addottata mill-Awtorità f’Malta hija l-istess wahda użata fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa. Prodotti mediċinali li kienu diga` fuq is-suq Malti kellhom il-ħlas tar-reġistrazzjoni issussidjat mill-gvern u għalhekk il-ħlas għal kull prodott huwa biss ta’ Lm50. Mill-ewwel ta’ Mejju ’l quddiem il-kumpaniji jistgħu jirreġistraw il-prodotti f’Malta bl-istess mod kif jirreġistrawhom fil-pajjiżi Ewropej l-oħra u għalhekk is-suq ta’ prodotti f’Malta jista’ jkun l-istess bħal tal-pajjiżi l-oħra fl-Ewropa.
Fil-maġġoranza l-kbira, il-ħlas biex jiġurreġistrati l-prodotti mediċinali fuq is-suq Malti isir mill-kumpaniji li jimmanufatturaw il-mediċini li huma kważi kollha kumpaniji kbar barranin. Għalhekk dawn il-ħlasijiet m’ghandhomx jintużaw bħala skuża biex l-aġenti Maltin jgħollu l-prezzijiet tal-prodotti fuq is-suq Malti.
Għal xi raġunijiet, xi kumpaniji jista’jidhrilhom li ma jaqblilhomx jirreġistraw f’Malta xi prodotti li huma rreġistrati fil-pajjiżi Ewropej l-oħra. Ta’ min jispjega li jekk xi pazjent ikun jeħtieġ mediċini li m’humiex irreġistrati fuq is-suq Malti u ma jkunx hemm alternattiva fuq is-suq lokali, tabib jista’ jitlob permess biex din il-mediċina tiġi importata għal dak il-pazjent partikulalri. Għal raġunijiet ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika, id-Diviżjoni tas-Saħħa tista’ timporta xi prodott li jkun meqjus essenzjali u li ma jkunx hawn alternattiva għalih mingħajr il-bżonn li l-prodott jiġi reġistrat lokalment.
Għar-rigward ta’ l-allegazzjonijiet ta’ nuqqasta’ konsultazzjoni li qed jiġu minn xi partijiet involuti, għandu jingħad illi d-Diviżjoni tas-Saħħa żammet l-imsieħba informati l-ħin kollu bl-iżviluppi li kienu għaddejjin. Tant kien hemm konsultazzjoni illi d-Dipartiment irċieva l-kummenti ta’ kulħadd u r-regolamenti finali jirriflettu l-kontribut tal-partijiet kollha. Tul il-proċess ġew organizzati diversi laqgħat ma’ l-oqsma’ kollha konċernati, inkluż il-bejjiegħa bl-ingrossa u l-impurtaturi tal-mediċini sabiex kulħadd jiġi mgħarraf bl-iżviluppi dwar il-proċessi ġodda kollha li se jkunu konsonanti mal-ħtiġijiet ta’ Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea.


DOI – 16.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow