Left arrow Mur Lura

Siltiet mid-Diskors ta' l-Onor. Tonio Borg, Vici Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, waqt l-iffimar tad-Devoluzzjoni ta' 'Gnien Pawlu Boffa' lill-Kunsill Lokali ta' Rahal Gdid  -  Auberge d'Aragon, Valletta - il-Gimgha, 16 ta' April 2004

PR537
Date Icon 16/04/2004
L-ewwel nett nixtieq nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għall-iffirmar ta’dan il-ftehim li biħ il-Gvern qed jgħaddi Ġnien Pawlu Boffa lill-Kunsill Lokali ta’ Paola. Ġnien Pawlu Boffa jista’ jitqies bħala l-uniku ġnien pubbliku f’Raħal Ġdid hu huwa bix-xieraq li issa se jgħaddi f’idejn il-Kunsill biex jużaħ bl-aħjar mod għall-benefiċċju tan-nies tal-lokalità. Il-Kunsill ser juża parti mill-ġnien biex jibni Ċentru Amministrattiv modern f’dan il-post ċentrali biex ikun jista’ jaqdi aħjar il-ħtigijiet tar-residenti ta’ Raħal Gdid.
Dan huwa l-istess sodisfazzjon li nħoss kull metanattendi għal attività ta’ devoluzzjoni. Dan għaliex nemmen li t-tmexxija għaqlija u li l-mod u l-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet, għandu jkun viċin tan-nies li jkunu se jiġu affetwati. Jien konvint li hija ħaġa tajba li nagħtu aktar poter lill-Kunsilli, mhux biss biex jieħdu ħsieb bini li xi darba kien tal-Gvern, imma anke biex jipprovdu servizzi li darba kienu ċentralizzati.
Bħalissa l-Ministeru tiegħi qed jeżamina d-diversiproposti li għandu quddiemu sabiex ikun jista’ jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali. Dan hu proċess li kellu l-bidu tiegħu f’Ottubru li għadda meta ġiet organizzata Konferenza Nazzjonali fl-okkażjoni ta’ l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli. L-emendi li l-Gvern ser jipproponi għandhom l-għan li jagħtu stimolu ġdid lid-demokrazija lokali biex il-Kunsilli jkunu jistgħu joffru servizzi ta’ kwalità għolja u jipprovdu tmexxija aktar f’saħħitha billi titnaqqas il-burokrazija żejda li toħnoq l-innovazzjoni. Sa issa l-Ministeru rċieva għadd ta’ proposti li jinkludu l-mod kif għandu jinħatar is-sindku, dwar kemm għandu jkun it-terminu ta’ Kunsill bejn elezzjoni u oħra u anke biex ikunu speċifikati l-oqsma fejn il-Kunsilli Lokali jridu jkunu kkonsultati.
Iċ-ċittadini tagħna jixirqilhom l-aħjar livell ta’servizzi lokali pubbliċi. Il-pubbliku jixtieq ukoll, anzi jistenna li l-Gvern lokali jtejjeb kontinwament il-kwalità tas-servizz li joffri u s-sens ta’ direzzjoni u tmexxija li jagħtu lill-komunitajiet tagħhom. Il-pubbliku jistenna wkoll li l-Gvern lokali juża bl-aktar mod għaqli l-fondi li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu.
Iċ-ċavetta biex nipprovdu servizzi aħjar u fl-istessħin innaqqsu l-ħela, hija l-innovazzjoni u l-ħila li naħdmu b’mod kreattiv ma’ sħab kemm fis-setturi privati kif ukoll pubbliċi. Min-naħa l-oħra ta’ min jenfasizza wkoll li l-poteri fdati f’idejn il-Kunsilli jridu jintużaw b’mod mill-aktar responsabbli. Il-pubbliku li jħallas it-taxxa jistenna tmexxija finanzjarja bil-għaqal mill-awtoritajiet lokali, u rridu nkunu ċerti li l-Kunsilli jkunu ta’ eżempju tajjeb f’dan ir-rigward.
L-impenn tal-Gvern Ċentrali fit-tibdil lijrid jagħmel fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali ser jkun biex jitneħħew l-ostakli żejda li joħolqu tfixkil, jirrikonoxxi li min jaħdem b’mod għaqli u fl-istess waqt jenfasizza l-accountability.
Fi ftit ġranet oħra Malta ser tissieħeb fl-UnjoniEwropea. Minnu nnifsu dan huwa avveniment storiku. Ċert li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju li ġej ser tippreżenta ħafna opportunitajiet u se tkun fattur importanti li tiddetermina l-futur tad-demokrazija lokali f’pajjiżna. Il-Kunsilli Lokali jridu jaħdmu ħafna biex jaħtfu kull opportunità li tiġi għal idejhom.
Shubija fl-Unjoni Ewropea se taghtina l-opportunità,fost l-oħrajn, li nkunu membri attivi u nipproponu għaxar persuni biex jirrappreżentawna fil-Kumitat tar-Reġjuni ta’ l-UE. Ir-rwol tal-Kumitat tar-Reġjuni huwa importanti għaliex iressaq il-fehmiet lokali u regjonali fuq il-legiżlazzjoni ta’ l-UE. Il-Kumitat irid ikun ikkonsultat dejjem mill-Kummissjoni u mill-Kunsill dwar temi li jkunu direttament relevanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Jista’ wkoll jippreżenta l-opinjonijiet u inizjattivi tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament.
Il-proċess ta’ globalizzazzjoni u l-liberalizzazzjoniekonomika jaffettwa lill-ibliet, villaġġi u komunitajiet kollha taghna. Bis-saħħa ta’ rabtiet bejn l-ibliet u l-awtoritajiet lokali differenti, nistgħu nitgħallmu ħafna minn dak li qed isir fuq il-livell lokali fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa. Nistgħu nagħmlu l-kuntatti biex ngħinu lilna nfusna nġibu l-investiment, nippromwovu t-turiżmu u l-esportazzjoni.
Dan hu żmien mill-aktar eċċitanti għal pajjiżna,u mhux inqas għall-Kunsilli Lokali, li se jkunu l-protagonisti ewlenin fit-tibdil li pajjiżna se jesperjenza fid-diversi livelli tat-tmexxija tiegħu.
Nawgura lill-Kunsill Lokali ta’ Rahal Gdid ħidmafejjieda biex jiżgura l-aħjar kwalità ta’ ħajja għar-residenti ta’ din il-lokalità. Persważ li l-immaniġġjar ta’ dan il-ġnien u l-bini ta’ Ċentru Amministrattiv ġdid ser jghin biex tintlaħaq din il-mira.

DOI 16.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow