LUKANDI FUQ BED AND BREAKFAST BISS
PR532
15/04/2004
| LUKANDI | FUQ BED AND BREAKFAST BISS |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li għall-aħħar tliet snin it-turiżmu internazzjonali għadda minn żminijiet diffiċli minħabba sitwazzjonijiet li nħolqu u li biegħdu n-nies milli jsiefru, l-aktar minħabba l-biża’ li jivvjaġġaw. Il-Ministru qal dan dalgħodu waqt li nieda r-regolamenti tal-2004 intitolati “Bed and Breakfast (Operations) in Tourism Accomodation Establishments”. Hu qal li Malta ma kenitx eċċezzjoni u tilfet ukoll fin-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna. Francis Zammit Dimech fakkar li s-sena li għaddiet in-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna naqas b’0.6 fil-mija iżda d-dħul żdied. Hu qal li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena n-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna reġa’ naqas, iżda konna qed nistennew li s-settur jibda jirpilja lejn l-aħħar tat-tieni kwart ta’ din is-sena. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li dawn is-snin ta’ tnaqqis fin-numru ta’ turisti ma ħlejnihomx iżda utilizzajnihom biex naraw kif nistgħu ntejjbu l-prodott u kif jista’ jkollna pajjiż aħjar. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kienet qed tniedi skema li taħtha, għall-ewwel darba, lukandi Tliet Stilel u Żewġ Stilel u aparthotels jiġu liċenzjati biex joffru servizz bed and breakfast. Din l-iskema, li hi popolari ħafna f’pajjiżi turistiċi oħra, hi miftuħa għal-lukandi żgħar. Permezz ta’ din l-iskema l-lukanda trid tilqa’ għall-ħtiġiet tar-regolamenti kollha tal-klassifika ħlief għall-provediment li jservu l-ikel. Hekk dawn il-lukandi ikunu jistgħu jilħqu dak is-settur turistiku fejn il-viżitaturi jippreferixxu li jieklu barra l-ambjent tal-lukanda fejn ikunu alloġġjati. |
| Francis | Zammit Dimech qal li r-regolamenti jagħtu l-metodu ta’ kif l-operatur jista’ japplika din l-iskema: applikazzjoni mill-operatur, kwalifika tal-lukanda, għarfien mill-Awtorità, ecc. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li l-kriterji ewlenin li jikkwalifikaw lukanda biex tapplika taħt din l-iskema huma tnejn: |
o Iridu jkunu klassifikati: Tlieta jew Żewġ Stilel;
o Iridu jipprovdu mhux aktar minn 50 kamra jew 100 sodda.
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li lukandi u aparthotels li l-MTA tagħrafhom bħala bed and breakfast jingħataw plakka li trid titqiegħed f’post prominenti fil-faċċata tal-lukanda. |
| Francis | Zammit Dimech qal li mill-punto di vista ta’ marketing il-fatt li jkun hemm lukandi Tliet Stilel u Żewġ Stilel jew aparthotels joperaw fuq bażi ta’ bed and breakfast jwessa’ l-offerta ta’ akkomodazzjoni għall-viżitaturi potenzjali. Hu qal li dan bl-ebda mod ma jfisser li l-MTA qed tapprova li jitbaxxew l-istandards. Għall-kuntrarju dawn ir-regolament se jgħollu l-istandards. L-MTA qed tagħraf il-ħtieġa ta’ operazzjonijiet bħal dawn u l-ħtieġa li jintlaqgħu x-xewqat tat-turisti. Ir-regolamenti jeħilsu l-operaturi ta’ dawn il-lukandi milli jipprovdu l-ikel u hekk ikollhom aktar ħin jikkonċentraw l-attenzjoni tagħhom biex jipprovdu servizzi oħra lit-turist. L-iskema ikollha wkoll effett pożittiv ta’ spill-over billi stabbilimenti ta’ l-ikel, mhux bilfors dawk fil-viċinanza ta’ dawn il-lukandi, jibbenefikaw minn turisti li jfittxu li jieklu f’postijiet oħra. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li kien hemm 21 lukanda Tliet Stilel u 25 Żewġ Stilel, li minħabba l-kobor u l-grad tagħhom, jikkwalifikaw għal din l-iskema. |
| Francis | Zammit Dimech irringrazzja lill-Product Planning and Development Directorate tal-MTA li qed iniedi din l-iskema u li l-uffiċjali tiegħu li, fil-futur qarib, se jispjegaw u jimmarkittjaw l-iskema lill-operaturi tal-lukandi direttament. |
DOI 15.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en