GWIDA FAVUR L-UZU EFFICJENTI TA’ ENERGIJA FIL-BINI TA` PAJJIZNA
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit ippreseda konferenza imnedija mill-Kunsill Konsultattiv dwar l-industrija tal-Bini, (BICC), bit-titlu Renewable and Efficient Energy: The Cost Savings at Home.
Waqt din il-konferenza li kienet intiza sabiex tippromwovi kultura favur l-uzu ahjar ta’ l-energija fil-bini taghna l-Ministru Zammit spjega kif l-energija hi meqjusa bhala c-cavetta ta’ kull attivita` imnedija mill-bniedem. Ghalkemm m’hemmx dubju li l-istandard tal-mod kif nghixu llum hu ferm superjuri ghal dak ta’ missirijietna, dan igorr mieghu prezz sostanzjali f’dak li jikkoncerna l-konsum ta’ l-energija, li tradizzjonalment tiddependi mir-rizorsi naturali.
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura semma kif missirijietna mhux talli kienu jikkunsmaw inqas energija peress li t-teknologija kienet ghada mhiex daqstant zviluppata, izda l-mod kif kienu jibnu l-kostruzzjoni taghhom, kien wiehed pjuttost sensittiv ghall-klima taghna. Hu kompla jispjega li wiehed jiltaqa’ ma’ ezempji tajbin fil-villaggi antiki taghna, fejn il-bini antik jinkorpora hitan wiesgha u aperturi zghar li jimmilitaw kontra s-shana fis-sajf u l-kesha fix-xitwa, btiehi centrali li jipprovdu ventilazzjoni u xi drabi anki l-logga antika li tipprovdi d-dell lill-kmamar abitabbli. Dawn il-mizuri jitqiesu bhala tentattivi tajbin f’dan ir-rigward, li sfortunatament intilfu mal-medda taz-zmien ma’ l-introduzzjoni ta’ materjali u teknologija gdida li dahhlu fis-suq fis-seklu ghoxrin – b’mod partikolari l-introduzzjoni tal-konkos u hitan ferm inqas wesghin.
Ninu Zammit tenna li l-promozzjoni ta’ energy efficiency ghanda tkun marbuta mal-kuncett "think globally, act locally" – fejn kull wiehed minna ghandu sehem x’jaghti f’pajjizu bl-iskop li l-ghan ikun wiehed globali. Malta wkoll ghanda rwol importanti f’dan ix-xenarju. F’dan il-kuntest il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura fakkar li l-impenn tal-BICC jinkludi dak ukoll li jiggenera kuxjenza favur l-uzu efficjenti ta’ energija fil-bini taghna. Il-Ministru Zammit ikkumenta ukoll fuq l-abbozz tal-ligi "The Registration of Building Industry Contractors and the Building Industry Control Act" li tressaq quddiem il-Kamra tar-Rapprezentanti ghall-ewwel qari. Din l-abbozz jahseb sabiex ikun hawn regolamenti godda tal-bini f’pajjizna, fejn il-Perit se jibda jassumi responsabilitajiet godda.
Dawn ir-regolamenti jirrikjedu fost affarijiet ohra li l-bini taghna jkun insulat b’mod adegwat, specjalment is-soqfa u l-hitan esposti ghall-elementi, kif ukoll li aperturi kbar ikunu protetti permezz ta’ double jew triple glazing skond ic-cirkustanzi.
Il-Ministru semma wkoll li se jkun hemm accenn fuq il-bjar fil-bini taghna fejn il-qisien tal-bjar se jirriflettu il-kobor tas-sit. Qed ikun mistharreg ukoll li servizzi u apparat li jiddistribwixxi l-ilma ikun insulat.
Waqt il-konferenza tkellem ukoll il-Perit Robert Musumeci, Chairman tal- BICC, fejn irringrazzja lill-esperti Inglizi, Eco Consulting, li kienu qed jippartecipaw f’din il-konferenza.
Il-Perit Musumeci fakkar li l-BICC introduca dokument favur l-uzu efficjenti ta’ energija fil-bini taghna, fejn jigbor fih serje ta’ objettivi intizi li jghinu lill-Periti waqt id-disinn. Il-publikazzjoni tippromwovi gwida cara u l-kunsiderazzjonijiet li wiehed ghandu jiehu meta jiddisinja fir-rigward ta’ orjentazzjoni tal-bini, qisien ta’ aperturi, ghazla ta’ materjali u kriterji li jinbidlu skond il-qies u l-kuntest tas-sit. Din il-pubblikazzjoni tiffoka ukoll fuq l-ghazla ta’ finishes, u servizzi alternattivi ta’ energija.
Il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll gwida kif wiehed jista’ jikkalkula b’mod semplici il-valur tal-U Value f’bini tipiku Malti u b’hekk ikun jista’ jiddetermina kemm bini partikualri hu tassew energy efficient.
Il-Perit Musumeci ikkonkluda billi fakkar li il-BICC se tibqa’ tassisti lill-industrija tal-bini f’pajjizna f’dan il-qasam, fejn individwi jistghu jirrikorru ghand il-BICC ghal aktar gwida.
DOI – 14.04.2004Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en