Left arrow Go Back

laqgħat ta’ informazzjoni dwar it-tibdil fil-proċeduri ta’ importazzjoni minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Mejju

PR519
Date Icon 14/04/2004
laqgħatta’ informazzjoni dwar it-tibdil fil-proċeduri ta’ importazzjoni minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Mejju
Għalkemm sar ħafna xoghol, minn diversiorganizazzjonijiet, biex ikun diskuss ma’ l-importaturi dwar il-bidla fil-proċess ta’ l-importazzjoni, għad baqa’ min għadu qed jistaqsi mistoqsjiet dwar x’ser jiġri wara l-1 ta’ Mejju, meta jibdew jitħaddmu prattiċi oħra mid-Dipartiment tad-Dwana u dipartimenti oħra.
Sabiex ikun ċert li l-importaturi qed jinghataw kullservizz ta’ informazjoni mehtieg, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, flimkien ma’ diversi Dipartimenti, qegħdin jorganizzaw laqgħat maħsuba biex kull min ghad għandu xi mistoqsijiet x’jagħmel, ikun jista’ jagħmilhom lil uffiċjali tad-Dipartiment konċernat.
Għal dan il-ghan, nhar il-Ħamis 22 ta’ April2004, fis 2.00 p.m fil-Conference Room ta’ l-ex Metco (illum Malta Enterprise) fiż-żona industrjali ta’ San Ġwann, ser issir laqgħa għal dawk kollha nvoluti fl-importazzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel.
Filwaqt li nhar il-Ġimgha 23 t’April 2004,fis-2.00 p.m. fl-istess post, ser tkun organizzata laqgħa oħra għal dawk l-importaturi li huma interessati fl-importazzjoni ta’ prodotti oħra, barra minn prodotti ta’ ikel.
B’dan il-mod, l-importaturi jistgħu jingħataw l-aħjarinformazzjoni possibbli.
Is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministerughall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, qed iħeġġeġ lil dawk kollha nteressati biex jattendu għal dawn il-laqgħat. Is-Segretarjat qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex in-negozji żgħar u s-self-employed f’Malta jkunu jistgħu igawdu minn dan is-suq kbir li issa huwa aċċessibbli għal kulħadd.
Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Edwin Vassallojemmen li l-ħolqien ta’ l-impjiegi ġodda u l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna jiddependi ħafna minn kemm is-self-employed u n-negozji żgħar f’Malta u Għawdex jiġu mgħejjuna biex itejjbu l-profittabilita’ tagħhom u joħolqu aktar ġid.
Dawn il-laqgħat qed isiru b’kordinazzjoni mal-MaltaEnterprise, il-Euro Info Centre u s-Small Business and Crafts Directorate.
DOI – 14.04.2004
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow