JINTLAHAQ FTEHIM MAL-LIBJA DWAR PROCEDURI FUQ IL-VISA
PR516
14/04/2004
| JINTLAHAQ | FTEHIM MAL-LIBJA DWAR PROCEDURI FUQ IL-VISA |
| Intemmu | t-tahditiet bejn Malta u l-Libja dwar l-introduzzjoni ta’ ‘visa’ ghal cittadini taz-zewg pajjizi billi ntlahaq ftehim dwar serje ta’ proceduri li gew maqbula fuq bazi reciproka. |
| Dan | ifisser illi Maltin li jkollhom bzonn joqghodu l-Libja ghal perjodu twil ta’ zmien ghal raguni ta’ xoghol, ikunu jistghu japplikaw ghal “residence permit” ta’ sitt xhur, li jista’ jigi mgedded ghal perjodi ohra ta’ sitt xhur skond il-bzonn. |
A bazi ta’ dan ir-“residence permit”, il-Maltin jinghatalhom “Exit/Re-entry visa” valida ghall-istess perjodu ta’ sitt xhur u b’hekk ikunu jistghu jidhlu u johorgu mil-Libja matul dan il-perjodu minghajr xkiel.
| Maltin | illi jkollhom bzonn izuru l-Libja ta’ sikwit ikunu jistghu japplikaw ghal “multiple entry visa” illi tkun valida ghal 90 jum bil-possibilta’ ta’ tigdid skond il-bzonn. |
| Maltin | illi ikollhom bzonn ighaddu mil-Libja “in transit” ghal xi pajjiz iehor ma jkollhomx bzonn ta’ visa bil-kundizzjoni illi jaslu u jitilqu mil-Libja bl-ajru fi zmien 24 siegha jew ma’ l-ewwel titjira li jkun hemm ghad-destinazzjoni taghhom. |
| Ir-rati | ta’ visa li ser ikunu imposti fuq cittadini Maltin huwa kif gej: |
| Entry | Visa Lm2.50 |
| Multiple | Visa Lm2.50 |
| Working | Visa Lm2.50 |
| Intlahaq | ftehim li dawn ir-regoli godda, li ser ikunu applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2004, ma japplikawx ghal dawn il-Maltin li prezentement jinsabu fil-Libja u li m’ghandhomx opportunita’ li jigu lura Malta qabel din id-data. Ghal dawn il-Maltin, dawn ir-regoli godda japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2004. |
| DOI | – 14.04.2004 |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en