JITNIEDA MINIBUS ĠDID GĦAS-SUQ LOKALI
PR515
14/04/2004
| JITNIEDA MINIBUS ĠDID GĦAS-SUQ | LOKALI |
| Fix-xhur li ġejjin, | il-Gvern ser ikun qed iħares lejn kif jistgħu jiġu riveduti ċerti anomaliji li jeżistu fir-regolamenti għall-minibuses għat-trasport pubbliku, bħalma huma l-limitu fuq it-tul massimu tal-vettura u n-numru massimu ta’ passiġġieri li jistgħu jinġarru. |
| Dan | qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliett waqt it-tnedija ta’ minibus ġdid għas-suq lokali. |
| Il-minibus, | Citroen 1800 jġorr 16–il pasiġġier u huwa mgħammar b’apparat għas-siġurta modern u anke ghandhu makna b’emissjonijiet konformi mal-istandard Euro III. |
| Il-Ministru | Mugliett qal li s-servizz mgħoti mis-sidien tal-minibuses f’Malta huwa wieħed vitali għal bosta setturi fil-pajjiż bħat-turiżmu, l-fabbriki u anke l-iskejjel. Hu żied jgħid li l-vettura ideali għal dan ix-xogħol trid tkun waħda li toffri effiċjenza, standards għolja ta’ sigurta’ fit-triq, tkun ekonomika, tħares l-ambjent u anke toffri kumdita’ għall-passiġġieri. |
| “Nemmen | li llum hawn bosta vetturi ġodda li jlaħħqu ma’ dawn il-bżonnijiet kollha. Iżda huwa mportanti wkoll li x-xiri ta’ dawn il-vetturi moderni jkun vijabbli għal min jopera f’dan is-suq”, kompla jgħid il-Ministru. |
| Il-Ministru | għall-Iżvilupp Urban u Toroq tkellem ukoll dwar il-liġijiet li jirregolaw is-suq tal-minibuses u qal li Gvern ser ikun qed iħares lejn l-anomaliji li hemm, partikolarment lejn in-numru ta’ passiġġieri li jistgħu jinġarru f’dawn il-vetturi. Bir-regolamenti kif inhuma bħal issa, in-numru massimu ta’ passiġġieri li jistgħu jinġarru f’minibus huwa ta’ 18. Hemm ukoll limitu ta’ 6.5 metri fit-tul massimu tal-minibus li jista’ jkun rivedut. |
| “L-għan | tagħna huwa li s-servizz mogħti jkun wieħed li jaqdi aħjar il-bżonnijiet tal-pajjiż,” temm jgħid il-Ministru Mugliett. |
DOI - 14.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en