Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

PR511
Date Icon 13/04/2004

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U
ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 12 TA’ GUNJU 2004

Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali; Persuni sabiex jgħoddu; jissorveljaw; Agenti ta’ Partit; ta’ l-Għadd, tat-Trasport u Konsenjatarji mill-partiti politiċi

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti politiċi li ser jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej u għall-Kunsilli Lokali ta’ Birgu, Qormi, Siġġiewi, Attard, Birżebbuġa, Floriana, Gżira, Għargħur, Ħamrun, Kerċem, Luqa, Marsaxlokk, Mosta, Munxar, Paola, Qala, Safi, San Lawrenz, Santa Luċija, Swieqi, Xagħra u Żebbuġ (Għawdex), u kull persuna jew kull għadd ta’ persuni li jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Membri Parlamentari Ewropej u ta’ Kunsill Lokali bħala grupp wieħed taħt l-istess isem li, skond l-artikolu 21(1) ta’ l-Att XVI ta’ l-2003 dwar iż-żamma ta’ Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u skond ir-regolamenti 27(1), 55(3) u 30(3) tat-Tielet Skeda ta’ l-Att ta’ l-1993 dwar Kunsilli Lokali, huma jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali listi li fihom jinnominaw persuni biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji, persuni li jgħoddu, lijissorveljawu Agenti ta’ Partit. Dawn il-listi għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Elettorali sa’ l-10 ta’ Mejju, 2004, għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u sat-13 ta’ Mejju, 2004, għall-elezzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej.

Il-partiti politiċi jistgħu, sas-Sibt 22 ta’ Mejju 2004, jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista bl-ismijiet ta’ persuni biex iservu bħala Aġenti ta’ l-Għadd. In-numru ta’ aġenti ta’ l-għadd għandu jkun daqs in-numru ta’ kandidati li ser jikkontestaw multiplikat bin-numri ta’ postazzjonijiet ta’ l-għadd kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali għall-elezzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej u daqs in-numru ta’ kandidati li ser jikkontestaw l-elezzjoni mal-partit fil-lokalita’ rispettiva għall-elezzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali.

Il-partiti politiċi huma mfakkra ukoll illi skond l-artikolu 21(1) ta’ l-Att XVI ta’ l-2003 dwar iz-żamma ta’ l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u skond ir-regolamenti 54(1) u 46(6E) tat-Tielet Skeda ta’ l-Att ta’ l-1993 dwar Kunsilli Lokali huma jistgħu sas-Sibt 22 ta’ Mejju 2004, jinnominaw persuni biex iservu bħala Aġenti Konsenjatarji u Aġenti għat-Transport. In-numru ta’ l-Aġenti Konsenjatarji għandu jkun mhux aktar minn tnejn għal kull postazzjoni ta’ l-għadd kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali għall-elezzjoni ta’ Membri Parlamentari Ewropej u mhux aktar minn tnejn għal kull lokalita’ li tkun qegħda tiġi kkontestata għall-elezzjonijiet ta’ Kunsilli Lokali, kif stabbilit mill-Kummissjoni Elettorali. In-numru ta’ Aġenti għat-Trasport ikun daqs in-numru ta’ vetturi li jintuzaw fil-ġarr ta’ l-Assistenti Kummissjonarji u l-kaxex tal-voti.

Il-formoli tan-nominazzjonijiet ta’ kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, l-Belt Valletta u l-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’, 7A, Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex bejn it-Tlieta 4 ta’ Mejju u l-Erbgħa 12 ta’ Mejju 2004.

In-nominazzjonijiet ta’ kandidati ser jiġu milqugħa mill-Kummissjoni Elettorali bejn it-Tnejn l-10 u l-Erbgħa 12 ta’ Mejju 2004 mid-9.00 ta’ filgħodu sas-1.00 p.m. u mit-3.00 ta’ wara nofs in-nhar sas-7.00 ta’ filgħaxija.

DOI - 13.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow