Left arrow Go Back

GĦOTJIET FINANZJARJI LIŻ-ŻEWĠ TEATRI TA’ L-OPRA F’GĦAWDEX

PR51
Date Icon 20/01/2004

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono tat għotjiet finanzjarji, li jammontaw għal Lm5,000, liż-żewġ teatri ta’ l-opra f’Għawdex. Dan bħala parti minn ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u t-teatri Astra u Aurora fejn il-Gvern jagħti kontribut finanzjarju fil-produzzjoni ta’ l-opra lirika annwali f’Għawdex. 

L-opra lirika ilha ssir f’Għawdex minn l-1977. L-ewwel rappreżentazzjoni kienet dik ta’ Madama Butterfly ta’ Giacomo Puccini li saret fit-Teatru Aurora, f’Jannar. Rigoletto, ta’ Giuseppe Verdi, kienet l-ewwel opra li ġiet ippreżentata fit-Teatru Astra, f’Settembru 1978. Minn tmiem is-snin sebgħin, iż-żewġ teatri ta’ l-opra f’Għawdex ipproducew numru ta’ opri lirici bis-sehem ta’ kantanti internazzjonali u li għalihom attendew eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Illum il-ġurnata, il-produzzjoni ta’ l-opra lirika saret tradizzjoni annwali li għaliha jattendu ħafna Maltin u anke barranin. Matul is-sena 2003, it-Teatru Astra ppreżenta l-opra Otello ta’ Giuseppe Verdi filwaqt li t-Teatru Aurora ppreżenta l-opra Il Barbiere di Siviglia ta’ Gioacchino Rossini. 

Il-produzzjoni ta’ l-opra lirika tikkontribwixxi bis-sħiħ fil-qasam kulturali, iżda mhux biss. Sabiex tiġi organizzata tinvolvi eluf kbar ta’ spejjeż li jsiru miż-żewġ socjetajiet filarmonici f’Għawdex, li t-tnejn joperaw permezz tas-servizzi offruti lilhom minn għadd ta’ volontarji.  

Il-Ministeru għal Għawdex jemmen li dawn it-tip ta’ attivitajiet, minbarra li jgħollu l-livell kulturali tal-gżira ta’ Għawdex, jagħtu kontribuzzjoni mill-iktar wiesa’ lil Għawdex, kemm mil-lat socjali kif ukoll ekonomiku peress li l-ammont ta’ turiżmu, specjalment dak intern, fil-ġranet li fih tiġi organizzata opra, huwa wieħed sostanzjali. Għalhekk, il-Ministeru għal Għawdex jemmen li huwa mportanti li l-Gvern jagħti s-sostenn tiegħu lil dawn it-tip ta’ attivitajiet ta’ livell għoli u għalhekk jikkontribwixxi permezz ta’ għotja ta’ Lm2,500-il wieħed biex ittaffi ftit mill-ispejjeż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow