Left arrow Go Back

ĦLAS TA’ NOFS IL-KONTRIBUZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI LILL-BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA

PR509
Date Icon 13/04/2004
ĦLAS TA’ NOFS IL-KONTRIBUZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALILILL-BDIEWA, RAĦĦALA U SAJJIEDA
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent,qiegħed iħejji biex jirrifondi nofs il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali mħallsa minn bdiewa, raħħala u sajjieda matul l-2003.
Persuni kkonċernati jridu japplikaw għal danil-ħlas li se jkopri Jannar sa Diċembru 2003. Għall-benefiċċju ta’ dawk li ma laħqux applikaw għas-sena 2002, il-Ministeru għall-Affarijiet Rural u l-Ambjent, se jilqa’ l-applikazzjonijiet relatati fl-istess żmien.
Għal dan il-għan, il-bdiewa, raħħala u sajjiedali huma "Self-Employed, Full-Time" u membri sħaħ f’xi Ko-operattiva, huma mitluba biex minn nhar it-Tnejn 19 t’April 2004 sal-Ġimgħa 14 ta’ Mejju 2004, japplikaw f’xi wieħed mill-Uffiċċji ta’ l-Extension Service li hemm il-Mosta, ir-Rabat, is-Siġġiewi u Ħaż-Żabbar, Malta u fil-każ ta’ Għawdex, fl-Uffiċċju Ċentrali, Rabat, Għawdex waqt il-ħin tax-xogħol.
Dawk kollha li applikaw fis-snin ta’ qabel u lihuma ntitolati għall-ħlas għas-sena 2003, (u jekk ma’ bbenifikax għas-sena 2002) huma mitluba biex jerġgħu japplikaw.
Applikazzjonijiet ma jiġux aċċettati jekkil-kontribuzzjonijiet ma jkunux imħallsa u jekk ma jkollhomx magħhom id-dokumenti meħtieġa.


DOI 13.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow