Il-kultura hi l-aqwa reklam għal pajjiżna
PR508
13/04/2004
| Il-kultura hi l-aqwa reklam għal | pajjiżna |
| Meta kien qed iniedi l-poster ghal EU Youth | Celebration Concert li ser jiġi organizzat fit-2 ta’ Mejju 2004 mis-Sliema Philharmonic Society, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-kultura kienet tiddistingwina minn kull nazzjon ieħor u hi l-aqwa reklam għal pajjiżna. Hu qal li għalhekk kien iqis li t-tqegħid taħt dekasteru wieħed tat-turiżmu u l-kultura kien se jgħin biex dawn iż-żewġ oqsma importanti jingħataw l-ispinta neċessarja billi jikkumplimentaw wieħed lil ieħor. |
| Francis Zammit Dimech qal li fl-1 ta’ Mejju | pajjiżna kien se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Hu qal li l-UE kienet tirrispetta d-diversita’ tal-kulturi u identitajiet tal-pajjiżi membri. Kienet ukoll tippromwovi l-kulturi differenti permezz ta’ programmi ta’ finanzjament. Għalhekk kien xieraq li fiċ-ċelebrazzjonijiet nenfasizzaw l-aspetti kulturali ta’ pajjiżna. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-EU Youth | Celebration Concert, li kien qed jitħejja mis-Sliema Philharmonic Society biex jitfakkar dan il-jum storiku, kien jinkwadra fl-aspett kulturali ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet billi fih kienet se tieħu sehem is-Sliema Youth Band/Orchestra bil-parteċipazzjoni ta’ vokalisti ewlenin fosthom Julie Zahra, Ludwig Galea, Fabrizio Faniello, Georgina, Olivia Lewis, Ryan Abela u l-Kor tat-Tfal ta’ San Ġiljan "Cantores Sancti Juliani’. |
| Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-Unjoni Ewropea | kienet se toħloq opportunitajiet kbar għaż-żgħażagħ Maltin u li kien għalhekk xieraq li ż-żgħażagħ jiċċelebraw dan l-avveniment importanti fl-istorja ta’ pajjiżna. Hu qal li l-Unjoni Ewropea kellha Programmi għaż-Żgħażagħ u programmi oħra edukattivi, ta’ taħriġ u riċerka li minnhom iż-żgħażagħ setgħu jibbenefikaw. Hu qal li barra minn hekk l-Unjoni Ewropea kienet għaqda ta’ 450 miljun persuna, unjoni bla fruntieri fejn iż-żgħażagħ Maltin setgħu jimirħu u joħorġu t-talenti tagħhom, xi ħaġa li sal-lum ma setgħux jagħmlu fl-Ewropa. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li kienet | qed iħares lejn l-1 ta’ Mejju bħala l-aktar data importanti mill-akkwist ta’ l-Indipendenza. Hu qal li fil-21 ta’ Settembru 1964 Malta saret nazzjon Indipendenti. Fl-aħħar 40 sena kbirna billi saħħaħna l-istrutturi demokratiċi u l-ekonomija. Illum qed nagħmlu l-pass naturali li kien imiss. Qegħdin insaħħu s-sovranita’ billi naqsmuha ma’ 24 pajjiż ieħor li magħhom se niddeċiedu kif taħdem l-Unjoni Ewropea billi nkunu parti mid-deċiżjonijiet bl-istess drittijiet u dmirijiet. Francis Zammit Dimech qal li pajjiżna se jkun parti minn Unjoni li qed taħdem biex tkattar il-prosperita’ u l-paċi fl-Ewropa u fid-dinja. Paci u prosperita’ li minnhom l-aktar li jgawdu huma ż-żgħażagħ. |
| Sadattant il-Ministru Francis Zammit Dimech ħabbar | li l-programm taċ-ċelebrazzjonijiet se jiftaħ nhar il-Ġimgħa 16 ta’ April b’kunċert inawgurali u kommemorattiv fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-belt Valletta. F’dan il-kunċert se jittella’ l-Oratorio San Gregorio Magno – kompożizzjoni ta’ Dun Karm Scerri b’lirika ta’ Albert Cassola – li fih se jieħu sehem il-kor ta’ 58 persuna tas-St Paul’s Choral Society taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Hugo Agius Muscat. |
| Wara l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura | jippresiedi l-inawgurazzjoni ta’ stallazzjoni ta’ dwal li jixgħelu l-Forti Sant’Anġlu. Din l-inawgurazzjoni se ssir waqt ċerimonja li se tinżamm fil-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq. |
DOI - 13.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en