Left arrow Mur Lura

Bejgħ minn ‘grocers’ nhar ta’ Ħadd u fil-Festi Pubbliċi

PR506
Date Icon 13/04/2004
Bejgħminn ‘grocers’ nhar ta’ Ħadd u fil-Festi Pubbliċi
Il-Ministerutal-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, jixtieq ifakkar lis-sidien tan-negozji ta’ ‘grocers’ li jinsabu f’żoni turistiċi, u li ghandhom il-ħanut tagħhom mhux akbar minn 200 metru kwadru,  u li jixtiequ jibqgħu miftuħa nhar ta’ Ħadd u festi pubbliċi, sabiex japplikaw għand it-Trade Licensing Unit, Lascaris, il-Belt Valletta.
B’hekktkun tista’ tiġi ppublikata roster bl-ismijiet tal-ħwienet li jkunu jistgħu jiftħu nhar ta’ Ħadd skond ir-regolamenti, kif stipulati mill-Avviż Legali li jirregola l-ħinijiet tal-kummerċ.
Għaldaqstant,dawk kollha li għandhom ħwienet ta’ ‘grocer’ li jixtiequ jiftħu nhar ta’ Ħadd u li jikkwalifikaw għal dan il-permess, huma mitluba biex japplikaw għand it-Trade Licensing Unit fuq formola ‘L’.

Din il-formola tista’ tinġabar ukoll mingħand il-Kunsill Lokali rispettiv, mingħand is-Small Business and Crafts Directorate, kif ukoll minn fuq il-web page tal-Gvern www.gov.mt fis-sezzjoni ‘Ħidma u Kummerċ’ taħt ‘Small Business Unit’. 

DOI – 13.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow