Left arrow Mur Lura

Nippromwovu l-mużika u l-filantropija

PR505
Date Icon 13/04/2004
Nippromwovul-mużika u l-filantropija
Metakien qed jinawgura l-15 edizzjoni ta’ maratona muzikali b’risq il-kampanja Wishing Others Well (WOW), il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li kien ta’ pjaċir għalih iniedi din l-Edizzjoni tal-LiveMusic Marathon organizzata mill-BJ’s. Francis Zammit Dimech qal li din il-maratona mhux biss daħlet fil-kalendarju ta’ l-attivitajiet marbuta ma’ l-Għid il-Kbir iżda qiegħda kull sena ssir aktar popolari.
Il-MinistruZammit Dimech qal li l-iskop ta’ din il-maratona kien doppju. Min-naħa kien qed isir sforz biex inkabbru l-kultura permezz tal-mużika billi fil-jiem kollha tal-maratona mhux biss insegwu mużiċisti stabbiliti iżda wkoll dawk li jkunu għadhom qed jibdew, u anke personalitajiet u gruppi li flimkien jorganizzaw banda nformali u jdoqqu. L-aspett l-ieħor hu dak filantropiku. Tul il-maratona jinġabru flus għal għaqdiet filantropiċi. Hu qal li matul is-snin li ilha ssir din il-maratona, inġabru ’l fuq minn Lm90,000 li marru fost l-oħrajn għad-Dar tal-Providenza. Caritas, Institute for Brain Injured Children u l-Eden Foundation.
FrancisZammit Dimech qal aspett ieħor ta’ din il-maratona kien li l-flus li f’dawn l-aħħar snin qed jinġabru fil-bieb, permezz ta’ sponsorships, donazzjonijiet permezz tat-telefon u anke offerta mill-BJ’s qed imorru għall-organizzazzjoni Wishing Others Well (WOW) li hi d-driegħ soċjali tal-Millennium Chapel, immexxija minn Father Hilary Tagliaferro.
FrancisZammit Dimech qal li hu ta’ unur għalih jara organizzazzjoni bħal din taħdem f’dawn l-inħawi li tant hu qrib tagħhom sew minħabba l-Ministeru għat-Turiżmu li jmexxi kif ukoll għaliex Paceville tagħmel parti minn wieħed mid-distretti elettorali li jikkontesta.  Hu qal li lil Father Hilary dejjem kien jafu bħala bniedem attiv l-aktar fil-qasam sportiv. Il-Ministru Zammit Dimech qal li ħafna mill-enerġiji tiegħu Father Hilary kien illum qiegħed jiddedikahom għal ħtiġiet soċjali u finanzjarji ta’ nies li jkollhom bżonn l-għajnuna. Hu qal li xtaq jinkoragġieh fil-missjoni tiegħu u jawguralu.…/…
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li Paceville kien ukoll ċentru turistiku per eċċellenza għaliex kien jiġbor fih dak kollu li għandu x’jaqsam mas-settur turistiku, minn lukandi, għal postijiet tad-diveriment, skejjel għat-tagħlim ta’ l-Ingliż u tant stabbilimenti oħra. Hu qal li fiż-żmien li kien Ministru responsabbli minn proġetti ta’ tisbiħ kien nieda l-proġett għat-tisbiħ ta’ dawn l-inħawi u kien ta’ pjaċir għalih jinnota li s-suċċessur tiegħu ssokta bit-twettiq ta’ dan il-proġett li llum jinsab fi stadju avvanzat u skond il-pjani stabbiliti. Hu qal li proġett ieħor li kien se jitwettaq f’dawn l-inħawi kien it-tisbiħ tal-bajja ta’ San Ġorġ li fost affarijiet oħra kienet se tinkesa mill-ġdid bir-ramel.
FrancisZammit Dimech qal li l-promozzjoni ta’ mużika ‘live’, b’aċċenn filantropiku, kienet tgħin biex Paceville jipproġetta wiċċ aktar uman fost l-istrata kollha tas-soċjeta’ Maltija. Hu qal li kien jemmen li avvenimenti bħal dawn kienu mhux biss jagħtu spinta lis-settur mużikali ta’ pajjiżna iżda jgħinu biex il-pubbliku japprezza aktar il-kultura mużikali li kienet waħda mis-sisien ta’ l-identita’ ta’ kull pajjiż.
Il-MinistruZammit Dimech irringrazzja lil Manager tal-BJ’s għall-inizjattiva tiegħu, lill-parteċipanti kollha li se jieħdu sehem fil-maratona tal-mużika ta’ 100 siegħa u lil dawk kollha li jagħtu donazzjonijiet lill-WOW. Francis Zammit Dimech ha l-okkażjoni wkoll biex jawgura success lil Julie u Ludwig, li se jirrappreżentaw lil Malta fil-preliminari tal-Eurovision Song Contest.
DOI - 13.04.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow