Left arrow Mur Lura

Ix-xogħlijiet ta’ Caravaggio miġbura flimkien f’“Wirja Impossibbli”

PR504
Date Icon 13/04/2004
Metakien qed iniedi l-wirja dwar ix-xogħlijiet ta’ Caravaggio li ser tittella’ fil-Caraffa Stores, fil-Birgu, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li l-wirja “Caravaggio: una mostra impossibile” kienet tolqtu minn tliet lati. Din il-wirja kienet qed tittella’ fil-Caraffa Stores li jagħmlu parti mill-Proġett tal-Kottonera u li ġew restawrati fiż-żmien li hu kien Ministru responsabbli minn proġetti għall-iżvilupp urban.
Il-wirjakienet waħda kulturali u għalhekk kienet tinteressah mill-qrib bħala Ministru tal-Kultura b’dekasteru li qed jagħmel minn kollox biex iġib fil-qrib il-kultura lejn il-poplu. Fl-istess hin, din il-wirja kienet ukoll attrazjoni turistika kbira minħabba li x-xogħlijiet huma ta’ wieħed mill-akbar artisti li qatt rat id-dinja u anke għall-fatt li għall-ewwel darba qed jinġabru flimkien il-kwadri kollha tiegħu.
FrancisZammit Dimech qal li kif ġara wara l-akkwist ta’ l-Indipendenza, illum lejlet is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, qed jerġa’ jinħass qawmien fl-oqsma kollha kulturali. Hu qal li dan hu sinjal pożittiv u jinkwadra tajjeb fl-ideali ta’ l-Unjoni Ewropea li tirrispetta d-diversita’ tal-kulturi u l-identitajiet tal-pajjiżi membri. L-UE tippromwovi wkoll il-kultura permezz ta’ programmi u finanzjament.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-wirja, li se tiġi  inawgurata fl-1 ta’ Mejju u tibqa’ miftuħa sat-30 ta’ Ġunju, itellgħet mir-RAI u hi realizzazzjoni tal-proġett “Un’Idea per la Campania”, sistema intermedjali li twieldet biex tifrex fl-Ewropa u d-dinja permezz tal-mezzi ġodda tal-komunikazzjoni, il-konoxxenza ta’ l-arti u l-kultura fir-reġjun Taljan tal-Campania. Hu qal li l-ewwel “mostra impossibile” ġiet dedikata għal Caravaggio li għandu konessjonijiet kbar ma’ Malta.
FrancisZammit Dimech qal li din il-wirja ġiet preżentata f’Castel Sant’Elmo, Napli, fir-rebbiegħa tas-sena l-oħra fejn f’40 jum żaruha 35,000 persuna u ngħatat importanza qawwija mill-istampa. Kienet itellgħet ukoll b’suċċess f’Castel Sant’Angelo f’Ruma.
Il-MinistruZammit Dimech qal li l-wirja tiġbor 68 pittura fil-format reali tagħhom. Hu qal li hi “wirja impossibbli” għaliex impossibli li tiġbor ix-xogħlijiet kollha ta’ Caravaggio li jinsabu fl-Uffizi, f’Firenze; fil-Louvre, Pariġi; fil-Galleria Nazionale dell’Arte Antica, f’Ruma; fin-National Gallery, Londra; f’Neues Palais, Potsdam; fil-Pinoteca Vaticana; f’Malta u f’tant knejjes imxerrdin ma’ l-Italja f’wirja waħda. Għalhekk ħarġet l-idea li jsiru kopji qrib ħafna l-oriġinal ta’ dawn ix-xogħlijiet u fl-istess daqs, biex hekk il-pubbliku jkun jista’ jammira l-pittura ta’ artist hekk kbir kif kien Caravaggio.
FrancisZammit Dimech fakkar li hemm ukoll website tal-“mostra impossibile del Caravaggio”, mużew virtwali li jippreżenta l-pitturi ta’ Caravaggio riprodotti bi preċiżjoni u kwalita’ li s’issa għadha ma kenitx magħrufa għad-dinja tal-browsers.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li Malta kellha l-unur li fost il-kollezzjonijiet kbar ta’ l-arti għandha wkoll xogħlijiet ta’ Caravaggio, fosthom “Il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann il-Battista” li hu meqjus bħala l-aqwa xogħol li qatt wettaq dan l-artist kbir. Hu qal li din il-pittura kienet meqjusa bħala kapolavur, waħda mill-aktar kreazzjoni straordinarji ta’ Caravaggio.
FrancisZammit Dimech qal li dwar Michelangelo Merisi, Caravaggio, inkitbu volumi. Iżda żgur li l-inkwiet li kellu mal-ġustizzja tul ħajtu kienu għal Malta ta’ barka għaliex fil-ħarbiet tiegħu – sakemm inħafrulu l-ħtijiet tiegħu tal-passat – sab refuġju f’pajjiżna fejn ħalla wħud mill-aqwa xogħlijiet artistiċi tiegħu.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u l-Kultura rringrazzja lil Caravaggio Foundation, lill-Cottonera Waterfront Group u lil kulmin ta sehmu biex din il-wirja straordinarja tista’ tittella’ f’Malta biex hekk pajjiżna wkoll flimkien ma’ bliet bħal Marsilja, Wellington, Buenos Aires, Milan, St. Petersburg u Moska, ikollu x-xorti kbira li jara flimkien daqshekk xogħlijiet ta’ artist hekk kbir. Francis Zammit Dimech appella lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-arti u l-kultura u lill-poplu inġenerali biex iżuru din il-wirja.
DOI- 13.04.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow