IL-MINISTRU TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TA’ INVESTIMENT ITEMM ZJARA UFFICJALI FIL-LIBJA
PR503
13/04/2004
| IL-MINISTRU | TA’ L-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TA’ INVESTIMENT ITEMM ZJARA UFFICJALI FIL-LIBJA |
| Il-Ministru | ta’ l-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’ Investiment, l-Onor. John Dalli wasal lura Malta minn zjara ufficjali fil-Libja, li huwa ghamel mid-9 sat-12 ta’ April. |
| Matul | din iz-zjara, il-Ministru John Dalli ltaqa’ mal-Prim Ministru Libyan, Dr. Shoukri Ghanem, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Abdel Rahman Shalgam, il-Ministru ghall-Energija Dr. Fathi Ben Shatwan, il-Ministru tal-Finanzi Dr. Mohamed Hwaij, il-Ministru ta’ l-Ekonomija u l-Kummerc Dr. Abdel Qader Al-Kheir, id-deputat Ministru ghall-Ko-operazzjoni Internazzjonali Muhamed Siala u c-Chairman tal-kumpanija LAFICO Dr. Muhammed El-Zarroug Rajab. |
| Matul | il-laqghat kienu diskussi r-relazzjonijiet bilaterali, politici u ekonomici, bejn Malta u l-Libja, fl-isfond ta’ l-izviluppi taz-zewg pajjizi; id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, u l-ftuh fis-setturi kollha kemm ekonomici kif ukoll politici tal-Libja. Kienet diskussa wkoll il-pozizzjoni tal-Libja fil-Euromed. |
| Barra | minn hekk, saru diskussjonijiet biex jigu iffinalizzati t-tahdidiet dwar l-impozizzjoni tal-‘visa’ bejn iz-zewg pajjizi u li ser jigu fis-sehh fl-1 ta’ Mejju li gej. |
| Waqt | li kien il-Libja, il-Ministru John Dalli ha l-okkazjoni biex izur ukoll il-padiljun Malti fil-Fiera Internazzjonali ta’ Tripli. |
| DOI | - 13.04.2004 |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en