AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI:
ELEZZJONI GĦALL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ U
ELEZZJONIJIET GĦALL-KUNSILLI LOKALI - 12 TA’ GUNJU 2004
Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali; Persuni sabiex jgħoddu; jissorveljaw u jikkalkolaw
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni registrati bħala votanti biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali jew jgħoddu, jissorveljaw jew jikkalkolaw għal waqt l-għadd tal-voti fl-elezzjoni għall-Membri Parlamentari Ewropej u fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għal-lokalitajiet ta’ Birgu, Qormi, Siġġiewi, Attard, Birżebbuġa, Floriana, Gżira, Għargħur, Ħamrun, Kerċem, Luqa, Marsaxlokk, Mosta, Munxar, Paola, Qala, Safi, San Lawrenz, Santa Luċija, Swieqi, Xagħra u Żebbuġ (Għawdex). Dawn iz-żewġ elezzjonijiet ser isiru flimkien nhar is-Sibt 12 ta’ Ġunju, 2004.
Votanti li huma rreġistrati f’lokalitajiet fejn ser isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma jkunux jistgħu japplikaw biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji. Madanakollu huma jkunu jistgħu japplikaw biex iservu waqt l-għadd tal-voti għal-lokalitajiet imsemmija barra minn dik fejn huma reġistrati bħala votanti u għall-għadd tal-voti fl-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej.
Ta’ min jinnota li l-għadd tal-voti għall-Parlament Ewropew mistenni jibda wara li jispiċċa l-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali, jiġifieri filgħaxija tal-Ħadd 13 ta’ Ġunju u jista’ jkun li jibqa sejjer sa l-Erbgħa 16 ta’ Ġunju. Għaldaqstant min ser japplika għall-għadd tal-voti jrid ikun dispost li jattendi, jekk ikun magħzul, għax-xift allokat fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa mingħajr problemi ta’ xogħol jew ta’ kwalunkwe xort’oħra.
L-applikazzjonijiet fuq il-formola preskritta jiġu milqugħa mill-Kummissjoni Elettorali fl-Uffiċċju tagħha, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, il-Belt Valletta, u għall-Għawdxin fl-Uffiċċju tal-Karta ta’ l-Identita’, 7A, Triq ir-Repubblika r-Rabat, Għawdex, minn nhar il-Ħamis 15 ta’ April sa nhar it-Tlieta 20 ta’ April 2004 mis-2.00 p.m. sas-7.00 p.m., minbarra l-Ħadd 18 ta’ April. Is-Sibt 17 ta’ April il-ħinijiet ikunu mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. Formoli ta’ l-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Elettorali fil-ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.
DOI - 12.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en