Konferenza tal-Ministri tas-Saħħa fi Praga
PR497
08/04/2004
| Konferenza tal-Ministri | tas-Saħħa fi Praga |
| Il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara attenda għat-tieni konferenza | tal-Ministri tas-Saħħa li nżammet fi Praga bejn l-1 u l-4 ta’ April 2004. Għal din il-konferenza flimkien mal-Ministri tas-Saħħa ta’ l-għaxar pajjiżi li fl-1 ta’ Mejju se jkunu jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea, attendew ukoll dawk ta’ l-Italja, l-Irlanda, l-Awstrija, l-Olanda u l-Greċja. Ipparteċipaw ukoll il-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. |
| Il-konferenza kellha t-tema "Ageing Europe – | demographic change and proposed solutions, challenge or threat". Il-konferenza ttrattat suġġetti relatati mas-saħħa fosthom; il-kwalità tal-ħajja, l-anzjani, mobilità ta’ pazjenti bejn pajjiż u ieħor, il-ħin tax-xogħol fil-qasam tal-kura, l-għarfien reċiproku ta’ kwalifiki, il-mediċini, it-trapjanti u l-finanzjament tal-qasam tas-saħħa. Dawn is-suġġetti ġew diskussi fid-dawl tal-koperazzjoni bejn il-pajjiżi u l-bdil ta’ informazzjoni bejn pajjiż u ieħor. |
| Il-Ministru Louis Deguara għamel diversi interventi | fosthom dwar it-tipjip u r-regolamenti li għadhom kif daħlu fis-seħħ. Il-pajjiżi l-oħra kellhom kliem ta’ tifħir għal Malta li ħadet din l-inizjattiva. Il-Ministru qal li huwa kien kburi li Malta hija it-tieni pajjiż wara l-Irlanda li qed jintroduċi regolamenti dwar it-tipjip. Il-Ministru tas-Saħħa ta’ l-Irlanda b’mod partikolari faħħar lil Malta u awgura li pajjiżi oħra jimxu fuq il-pass ta’ Malta f’dak li jirrigwarda t-tipjip. |
Fl-aħħar jum tal-konferenza l-pajjiżi kollha parteċipanti ffirmaw id-“Dikjarazzjoni ta’ Praga 2004” u li hija mehmuża ma’ din l-istqarrija.
DOI – 08.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en