RAPPORT TA` PRIORITAJIET MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF EMPLOYED
| RAPPORT TA` PRIORITAJIET MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAL | NEGOZJI ŻGĦAR U S-SELF EMPLOYED |
| “Il-gvern | ġdid huwa impenjat li jgħin lis-self-employed u s-sidien ta’ negozji żgħar biex itejjbu l-profittabilità tagħhom u joħolqu aktar ġid” |
L-objettiv
| Il-ħolqien ta’ l-impjiegi | ġodda u l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna jiddependi ħafna minn kemm is-self-employed u n-negozji żgħar f’Malta u f’Għawdex ser ikunu jistgħu jaħdmu fin-negozju tagħhom bl-anqas burokrazija, f’pajjiż li jkun kapaċi japprezza s-sehem li huma għandhom fl-iżvilupp ta’ l-ekonomija ta’ pajjiżna. |
| Għal dan il-għan, l-objettiv | ewlieni ta’ din il-ħidma b’risq it-titjib tas-servizz li għandu jingħata mis-service providers kollha, li huma dipartimenti, awtoritajiet u entitajiet oħra, kif ikkordinat fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-Kompetittivita` huwa l-istess objettiv magħruf bħala Lisbon Agenda. |
| “Making | the European Union the most dynamic and competitive knowledge based economy in the world.” Lisbon Agenda |
| “Nagħmlu | mill-Unjoni Ewropea l-aktar ekonomija dinamika u kompetittiva fid-dinja bbazata fuq l-informazzjoni.” |
| L-Agenda | ta’ Lisbona |
| Malta tikber fl-Unjoni | Ewropea kemm-il darba bħala pajjiż timpenja r-riżorsi kollha tagħha biex ukoll tkun l-aktar ekonomija dinamika u kompetittiva fid-dinja bbażata fuq l-informazzjoni. Din hija t-tifsira ta’ l-Aġenda ta’ Lisbona kif maqbula mill-Gvernijiet tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri li kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea jrid ibiddel l-ekonomija tiegħu fl-iżjed ekonomija dinamika u kompetittiva fid-dinja bbażata fuq l-informazzjoni. Bħal pajjżi oħra, dan l-objettiv irridu nagħmluh tagħna wkoll. |
| Tisħiħ | ta’ l impenn |
| Diġà | sar ħafna xogħol biex jiġi mplimentat dan l-objettiv f’amministrazzjonijiet li għaddew taħt it-tmexxija ta’ Dr. Eddie Fenech Adami. Issa din l-amministrazzjoni ġdida taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi qed tkompli ssaħħaħ l-impenn ta’ ħidma b’risq is-sostenibbilità tan-negozji tas-self-employed u sidien ta’ negozji żgħar. Dan l-impenn jidher aktar meta issa f’pajjizna ghandna mhux biss Ministeru għall-Kompetittività u Komunikazzjoni f’idejn il-Ministru Ċensu Galea, iżda wkoll Segretarjat Parlamentari tan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, li qed ikun immexxi mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. |
| Kontinwazzjoni | ta’ ħidma fejjieda li saret fl-aħħar żewġ amministrazzjonijiet. |
| Meta | l-ħidma b’risq is-sostennibbilità tan-negozji tas-self-employed u s-sidien ta’ negozji żgħar kienet kemm fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi kif ukoll dan l-aħħar fil-Ministeru għall-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi, is-Segretarju Parlamentari Vassallo ħadem biex jara li jkunu organizzati aħjar l-istrutturi li jagħtu servizz u għajnuna lil min huwa żgħir fin-negozju. Dawn huma d-Diviżjoni għall-Kummerċ u d-Diviżjoni għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta kif ukoll l-Awtorità Maltija għall-Istandards. Din il-ħidma kienet saret b’riżultat tal-kordinazzjoni fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi bejn il-Ministru Prof. Josef Bonniċi u s-Segretarji Parlamentari Dr. George Hyzler u l-Onor. Edwin Vassallo. Imbagħad, fil-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi flimkien mal-Ministru John Dalli u s-Segretarju Parlamentari Dr. Tony Abela, is-Segretarju Parlamentari Vassallo ħadem biex jitkompla x-xoghol li kien imwaqqaf fl-amministrazzjoni ta’ qabel. F’dik l-amministrazzjoni kienu organizzati tlett entitajiet importanti bhala servizzi ta’ support għal min qiegħed fin-negozju u fl-industrija u s-Segretarju Parlamentari Vassallo ra kif dawn it-tlett entitajiet jaħdmu aktar flimkien biex ikun hemm sinerġija bejniethom. Dan bil-mira li jkollna l-istrutturi għal Suq Intern aktar organizzat. |
| Tisħieħ | ta’ l-istrutturi għas-sostenn ta’ Suq Intern b’kordinazzjoni mal-Malta Enterprise. |
| Kien | hemm kordinazzjoni sħiħa bejn il-Malta Enterprise u dawn l-entitajiet imsemmija aktar ’il fuq li flimkien jagħmlu l-istrutturi tas-Suq Intern f’pajjiżna. B’hekk il-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi kien jista’ joffri s-servizz tiegħu lejn din il-ħidma t’għajnuna għal min huwa fil-kummerċ u l-industrija. |
| Opportunità | ġdida lejn l-iżvilupp ta’ din il-ħidma b’risq is-sostennibilità tan-negozji żgħar tagħna. |
| ’Il | quddiem irid isir żvilupp ġdid f’din il-ħidma mibnija fuq dak it-tajjeb li digà sar fl-imgħoddi. Meta wieħed iħares lejn il-bidla li saret f’dawn id-diviżjonijiet u kif żviluppat il-ħidma ta’ l-Malta Standards Authority, jara ġejjieni sabiħ mimli xogħol li għandu jkompli jsaħħaħ dak li diġà bdejna naħdmu fuqu. |
1.It-tlett progetti.
| Fit-tlett | proġetti kapitali li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kien beda jahdem fuqhom, diġà sar ħafna xogħol. |
| Dawn | huma: l-għoti ta’ servizzi infrastruutturali fiż-żona industrijali tal-Mosta u l-kontinwazzjoni u t-tlestija tat-toroq fl-Imrieħel, il-proġett ta’ l-Industrial Parks u l-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali. |
· Fl-ewwel proġett waslu biex jingħataw il-kuntratti u jibda x-xogħol. Hawn diġa ħarġu mas-Lm700,000 f’kuntratti, u dan ifisser li l-Gvern qed jinvesti dan l-ammont ta’ flus f’dawn iż-żewġ żoni ndustrijali bħal ma diġà sar fiż-żona industrjali tal-Ħandaq, l-Imrieħel u Ħaż-Żebbuġ. Dan ix-xogħol jista’ jibda ftit tax-xhur oħra, iżda l-organizzazzjoni tax-xogħol mill-Ministeru marbut ma’ din il-ħidma issa hija lesta.
· Biċċa xogħol oħra, fejn diġà sar ħafna, huwa l-proġett ta’ l-Industrial Parks, jew, il-‘Proġett tal-200 Tommna’. Hawn qed nistennew l-approvazzjoni tal-proġett mill-MEPA u s-sidien ta’ l-art li digà ġew identifikati jkunu jistgħu japplikaw għall-permessi ta’ l-iżvilupp mingħand l-istess MEPA.
· Proġett ieħor huwa l-bini tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat f’Ta’ Qali li hawn ukoll sar ħafna iżda jonqos ħafna aktar x’isir biex ikun iffirmat il-konvenju mis-sidien preżenti li għandhom fabbrika f’Ta’Qali. Wara tkun tista’ tinħareġ is-sejħa għall-kuntratt tal-bini ta’ dan il-Villaġġ u jkun jista’ jibda x-xogħol tal-bini.
2.L-implimentazzjoni tal-European Charter.
| Iċ-Charter | Ewropew għan-Negozji Żgħar huwa l-qofol ta’ programm ta’ hidma li pajjiżna huwa marbut li jimplimenta. Dwar dan, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo hu konxju, tant li jimpenja l-ħidma tiegħu biex ikompli dak kollu li diġa għandu mibdi. Fil-fatt, kull sena joħroġ programm ta’ ħidma li jkun ibbażat fuq dan iċ-Ċarter. |
| 3.L-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma għall-Kunsill | Malti ta’ l-Artiġjanat |
| L-implimentazzjoni | taċ-Charter Ewropew għan-negozji żgħar f’dik li hija l-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat għandha wkoll tkun kontinwament imkejjla biex naraw kemm sar u kemm ikun jonqos li jsir. Dan għandu jwassal biex f’pajjiżna jkollna iżjed apprezzament u għajnuna f’waqtha lil min qed jaħdem bħala self-employed jew sid ta’ negozju żgħir fil-qasam ta’ l-Artiġjanat. |
| Bejn | iż-żewġ programmi ta’ ħidma hemm mat-80 inizjattiva li qed ikunu mplimentati. Kull inizjattiva għandha ċertu importanza u innovazzjoni fiha nnifisha. |
| 4.It-tisħiħ ta’ l-istrutturi | li jsostnu s-Suq Intern. |
| Il-kordinazzjoni | ta’ l-istrutturi li jsostnu lil min qieghed fin-negozju, li huma maghmula mill-Malta Standards Authority, id-Diviżjoni għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta u d-Diviżjoni għall-Kummerċ, għandha tkun aktar imsaħħa biex bejn dawn it-tlett entitajiet ikun hemm aktar sinerġija. Din il-ħidma għandha wkoll issir b’kordinazzjoni mal-Malta Enterprise. |
5.Il-ħidma mad-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta.
| Jista’ | jkun li jkun hawn min jaħseb li issa ladarba l-Onor. Vassallo ġie mogħti r-responsabbilità diretta ta’ Segretarju Parlamentari għas-self-employed u n-negozji żgħar, mhux se jkollu aktar x’jaqsam mad-Diviżjoni għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta. Iżda Segretarju Parlamentari għas-self-employed ma jfissirx li f’kull waqt hu għandu jiġġustifika kull talba u kull argument ta’ kull min huwa self-employed. Ma jfissirx li ladarba huwa tas-self-employed allura l-akbar għadu hu l-konsumatur. Is-Segretarju Parlamentari Vassallo jemmen il-kuntrarju. Ladarba jrid jara t-tisħiħ tas-suq intern u l-organizzazzjoni tas-suq, fid-dmir li jara li l-konsumatur ghandu l-aħjar liġijiet possibbli li jiddefenduh, u dan għaliex illum is-suq huwa rregolat u ddixxiplinat bil-Liġijiet tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni Ġusta. Infatti fl-istess Kunsill Ewropew għall-Ministri li huma responsabbli mill-Kummerċ, ikunu diskussi wkoll l-argumenti li jitrattaw il-konsumatur. B’hekk proposti ġodda u emendi għall-Liġijiet tal-Konsumatur jkunu diskussi fil-Ministerial Competitiveness Council li għandu l-għan proprju li jara li l-ambjent kummerċjali Ewropew jkun l-aktar wieħed kompetittiv fid-dinja skond kif imfassal fl-aġenda ta’ Lisbona. |
| Għalhekk | huwa meħtieġ li titkompla l-ħidma li kienet bdiet biex naraw li l-konsumatur ikollu l-liġijiet tiegħu magħrufin kemm mill-konsumatur innifsu kif ukoll minn dawk kollha li qegħdin fin-negozju. |
| 6.Ħidma b’kordinazzjoni mal-Ministeri u l-Awtoritajiet | Governattivi. |
| Is-self-employed | u s-sidien ta’ negozji żgħar huma mferrxa mar-responsabbilitajiet ta’ kull Ministru u Ministeru kif ukoll f’diversi awtoritajiet u entitajiet oħra. Għalhekk, is-Segretarju Parlamentari ser jara li jiltaqa’ ma’ u jtejjeb l-aċċess ta’ dan is-settur għal kull Ministeru u b’hekk jgħin biex tissaħħaħ is-sinerġija u l-kordinazzjoni bejn dawk l-entitajiet kollha li jkunu qed jieħdu deċiżjonijiet li ser ikunu jolqtu lil min qiegħed fin-negozju. Hawn ukoll, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo se jkun qiegħed itejjeb il-ħidma li kien beda. Bin-nomenklatura l-ġdida, is-Segretarju Parlamentari jħoss li se jkollu aktar impenn u saħħa fil-proċess ta’ konsultazzjoni, u b’hekk ikun jista’ jwassal kontinwament l-ilmenti jew is-suġġerimenti tas-settur tas-self-employed u n-negozji żgħar. |
| 7.Ħidma kontra l-burokrazija żejda li tista’ tkun ta’ | tfixkil. |
| L-aġenda | favur is-self-employed u negozji żgħar hija t-tisħiħ tal-politika imprenditorjali li bħala objettiv prinċipali għandha l-ħidma kontra l-burokrazija eċċessiva. Kemm-il darba l-Gvern ikun irid jara li jixhed tassew l-impenn tiegħu favur is-self-employed, allura ħidma ffukata kontra l-burokrazija żejda hija prijorità. Is-Segretarju Parlamentari Vassallo persważ li dan għandu jkun il-qofol tal-ħidma tiegħu u dak kollu li ser ikun qed jagħmel irid ikollu bħala objettiv komuni dan l-impenn. Dan għaliex l-akbar dwejjaq u prejokkupazzjoni ta’ kull min qiegħed fin-negozju hija l-burokrazija żejda li jiffaċċja meta ikun qed jaħdem. Għalhekk hawn għandna l-akbar sfida fuq xhiex dan il-Gvern il-ġdid b’mod kolletiv irid jaħdem. |
| 8.Konsultazzjoni ma’ l-għaqdiet tan-negozji u self-employed | infushom. |
| Sabiex | kull kas ta’ burokrazija jkun magħruf, il-konsultazzjoni ma’ min qiegħed fin-negozju trid tkun kontinwa u rridu naraw li tkun qed issir b’kull forma possibbli. Il-konsultazzjoni mas-self-employed għandha tkompli ssir fuq livell individwali fil-ħwienet, garaxxijiet u fabbriki, uffiċċji u kull post tax-xogħol. Għandha ssir ma’ l-għaqdiet tan-negozju u għandha ssir fil-Kunsilli Lokali fejn ikunu organizzati laqgħat fil-komunità. Dan kollu għandu jsir biex il-Gvern ikun fil-qrib u aċċessibbli kemm jista’ jkun għal kull min jeħtieġu u fil-mument li jkun jeħtieġu. |
9.L-implimentazzjoni ta’ l-objettivi ta’ Politika għall-kompetittività.
| Din | il-ħidma kollha għandha ssir issa b’objettiv ewlieni li jixhed l-impenn ta’ dan il-Gvern ġdid immexxi mill-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi li ried li jkollu Ministru b’responsabbilità diretta fuq il-Kompetittività. L-isem ta’ dan il-Ministeru mhux mogħti skond il-mekkaniżmu li qed iħaddem iżda skond ir-riżultat li huwa mistenni li jagħti lis-settur ta’ dawk li qegħdin fil-kummerċ u fl-industrija. |
| Pajjiżna | ser ikun kapaċi joħloq ix-xogħol u jattira l-investiment kemm-il darba jkollna ekonomija kompetittivà, kemm-il darba il-Ministeri kollha jaħdmu b’sinerġija biex jaraw li pajjiżna jkun kompetittiv. |
| Sabiex | din il-ħidma b’risq il-kompetittività ta’ pajjiżna tkun tista’ ssir, irridu nibnu fuq x’diġà sar. B’riżultat ta’ konferenza li kienet organizzata bil-għajnuna ta’ l-Univsersità ta’ Malta, kien imfassal pjan li fuqu diġà sar ħafna xogħol. Fil-fatt, ġew ippubblikati numru ta’ proposti minn Prof. Lino Briguglio u il-Prof. Gordon Cordina. Issa din il-ħidma għandha wkoll issir b’kordinazzjoni mal-kumitat fi ħdan l-MCESD li qed jispeċjalizza fuq il-kompetittività. Hawn għandha tinbeda ħidma ta’ konsultazzjoni ma’ l-għaqdiet kollha li kienu pparteċipaw f’din il-konferenza biex dawn il-proposti jkunu magħrufa u mogħtija f’dokument lill-Gvern. |
| 10.Ħidma biex ikun intensifikat il-proċess ta’ l-impact | assessment tal-legal notices u l-liġjiet. |
| Hawn | qed nirreferi għall-ħidma li kienet diġà bdiet u li wkoll bdiet tħalli r-riżultati. Fl-amministrazzjoni li għaddiet il-Ministru tal-Finanzi kien ta lis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo r-responsabbilità li jevalwa l-legal notices li huwa kellu r-responsabbilità li finalment japprova. B’dan il-mod, l-ebda legal notice ma kienet tkun approvata qabel ma jkun sar impact assessment għaliha biex ikun aċċertat li ma jkunx hemm żjieda ta’ spejjes u burokrazija li ma tkunx iġġustifikata mid-Dipartment li jkun qed iressaqha għall-approvazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi. Din il-ħidma għadha fl-istadju inizjali tagħha u jonqos ħafna xi jsir. Il-fatt pero’ li l-entità li tressaq il-proposta għall-żidiet fit-tariffi trid tiġġustifika il-kas tagħha u mhux sempliċiment tinqeda bl-iskuża ta’ l-acquis communautaire jewl-Ewropa kien diġà qed iħalli r-riżultati. Kellna bidu u esperjenza tajba li nistgħu nibnu fuqha. |
| Hidma | b’sinerġija bejn kull responsabbilita’ amministrattiva tawgura ħidma fejjieda b’risq is-suċċess għall-akkwist t’aktar kompetittività. Din il-ħidma ma tikkonsistix biss fi proġetti kapitali. Ma tikkonsistix f’riżultati li jistgħu jkunu jidhru bħal ma jidhru l-proġetti li huma tanġibbli. Is-suċċess ta’ din il-ħidma jidher biss minn kemm ikun inħoloq xogħol u ingħataw impjiegi ġodda. Tkun tista’ titkejjel minn kemm naraw li konna kapaċi nibdlu mentalità fil-pajjiż. |
| Is-Segretarju | Parlamentari awgura suċċess għal din il-ħidma għaliex huwa jifhem il-ħtieġa tagħha. Huwa qal li jgħix il-ħtieġa tagħha ghaliex iħoss għal kull min imur ikellmu. Is-Segretarju Parlamentari qal li jemmen li kapaċi naħdmu b’differenza kemm-il darba dawk kollha responsabbli jaħdmu flimkien biex din ir-responsabbilità ma tkunx monopolju ta’ Ministeru wieħed iżda tal-Gvern kollu. |
DOI – 08.04.2004
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en