CHAIRMAN ĠDID TAD-DIRETTORAT GĦALL-MARKETING FL-MTA
PR494
08/04/2004
CHAIRMAN ĠDID TAD-DIRETTORAT GĦALL-MARKETING FL-MTA
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, L-Onor. Francis Zammit Dimech ħatar lil Hans Cauchi bħala Chairman tad-Direttorat għall-Marketing and Promotion fi ħdan l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.
| Hans Cauchi ħa post Chris Grech li l-ġimgħa | li għaddiet inħatar Chairman ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Hans Cauchi kien wieħed mid-diretturi ta’ l-istess Awtorità. |
| Hans Cauchi beda l-karriera tiegħu | fis-settur turistiku fl-1981. Fl-1986 inħatar Front Office Manager fis-Selmun Palace Hotel. Fl-1992 ingħaqad mal-Corinthia Group of Companies fejn kien Deputy General Manager tal-Corinthia Palace Hotel, General Manager tal-Mistra Village Club Hotel, Area General Manager tal-Grupp, Regional General Manager b’responsabbilta’ tal-ħames proprjetajiet ta’ Malta flimkien ma’ dawk tat-Tuneżija u l-Portugall. Tlett snin ilu nħatar Regional Manager għall-operazzjonijiet u l-iżvilupp għall-Spanja u l-Portugall, fejn kellu l-uffiċju. F’Settembru 2003 ingħaqad mal-grupp internazzjonali Starwood fejn għandu l-kariga ta’ General Manager tal-Westin Dragonara Resort Malta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en