Left arrow Mur Lura

IPPREZENTAT IL-PROPERTY MARKET REPORT

PR490
Date Icon 07/04/2004
IPPREZENTAT IL-PROPERTYMARKET REPORT
Il-BICC (BuildingIndustry Consultative Council) ipprezenta ufficjalment il-Property Market Report ghas-sena 2003 lill-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit. Dan ir-rapport jigbor fih numru ta’ rakkomandazzjonijiet intizi sabiex ikompli jissahhah is-suq tal-propjetà f’pajjizna.
Waqt dinil-prezentazzjoni, l-Ministru Ninu Zammit spjega li s-suq tal-propjetà hu meqjus bhala wiehed mill-pilastri ewlenin li jirregola l-andament ta’ l-industrija tal-bini. F’dan l-isfond, il-BICC izomm monitoring kontinwu tas-suq tal-propjetà f’pajjizna bl-iskop li minn zmien ghal zmien ifassal rakkomandazzjonijiet lill-Gvern. Dan isir bil-ghan ewlieni li dan is-suq jibqa’ wiehed dinamiku filwaqt li jilqa` r-realtajiet socjali. Gie spjegat li dan ir-rapport thejja wara konsultazzjoni shiha ma’ l-entitajiet kollha fi hdan l-istess BICC.  Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura fakkar li l-BICC ghandu rwol importanti fis-sehem tat-tfassil tal-politika ekonomika f’pajjizna peress li jirrapprezenta s-setturi socjali f’Malta. Huwa semma li jrid ikun assigurat li l-Gvern isegwi mill-qrib il-polz tal-BICC billi dan ikun rifless fil-politika u d-decizjonijiet tal-Gvern. Il-Ministru Ninu Zammit fakkar fil-bzonn li f’pajjizna jkompli jitkattar id-djalogu u l-impenn favur affordable housing filwaqt li jibqa` registrat progress fl-istandards ta’ kif nghixu.
Il-Ministru Ninu Zammitirrefera ukoll ghall-istatistici ppublikati li effettivament juru prospetti pozittivi fil-qasam tal-propjetà f’pajjizna. Huwa semma li n-numru ta’ kuntratti fis-sena 2002 lahaq 12,394 meta ipparagunat ma’ dak ta’ l-1998 fejn kien hemm biss 7,091 kuntratt.
Matul il-prezentazzjoni, ic-Chairman tal-BICC,il-Perit Robert Musumeci ghamel referenza ghar-rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-BICC fejn tenna li r-rapport hu frott ta’ analizi u ricerka kif ukoll frott ta’ konsultazzjoni shiha li l-BICC wettaq fis-sena 2003. Filwaqt li rringrazzja lill-Ministru Ninu Zammit ghall-impenn tieghu favur il-hidma tal-BICC, il-Perit Musumeci wera l-konvinzjoni tieghu li l-Gvern se jevalwa bis-serjetà l-proposti u jaghti widen lill-kontenut ta’ l-istess rapport.
Fi tmiemil-prezentazzjoni l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura sahaq li l-BICC jinsab impenjat li fi zmien qasir ikompli jaggorna l-kontenut ta’ dan ir-rapport bl-iskop li jerga’ jittrasmetti rendikont lill-Gvern fi zmien ftit xhur ohra. Ghal dan il-ghan il-pubbliku qieghed jigi mistieden jikkumenta u jaghti l-kontribuzzjoni tieghu, bl-iskop li tkun assigurata diskussjoni mill-aktar wiesgha fuq dan is-sugett.

Punti saljenti tar-Rapport isegwu/…


DOI – 07.04 .2003

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow