Left arrow Mur Lura

RISPOSTA TAL-MINISTERU GHAT-TEKNOLOGIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT GHALL-ISTQARRIJA TA’ L-OPPOZIZZJONI

PR487
Date Icon 06/04/2004
Il-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investimentjirreferi għall-istqarrija tal-Partit Laburista rigward l-Air Malta.
L-istqarrija tal-Partit Laburista hi sintomutal-frustrazzjoni ta’ l-Oppożizzjoni għall-fatt li l-unions tal-ħaddiema ta’ l-Air Malta qed jipparteċipaw fi proċess ta’ taħdidiet biex mingħajr dewmien jilħqu ftehim mal-Gvern u mal-Kumpanija dwar kif l-Air Malta ser tibqa’ sostnuta fil-futur.
Il-Partit Laburista jippreferi, għall-iskopijietpurament partiġġjani tiegħu, jara l-firda fejn hemm l-għaqda u l-konfrontazzjoni fejn hemm id-djalogu. Minħabba l-viżjoni mċajpra tiegħu, il-Partit Laburista ma jinteressahx mill-interess nazzjonali li l-Air Malta tibqa’ sostenibbli fis-snin li ġejjin. Jinteressah minflok ixewwex lill-ħaddiema biex ma jaċċettawx l-isforz li qed jagħmlu l-unions, il-Gvern u l-Kumpanija biex jaslu fi ftehim tajjeb għall-Kumpanija.
Il-Partit Laburista, b’mod qarrieqi, jsejjaħ “kisbiet”tal-ħaddiema dawk li fil-fatt huma prattiċi tax-xogħol ineffiċjenti u insostenibbli. Il-prattiċi tax-xogħol li jeħtieġ jinbidlu ilhom identifikati mill-1996, iżda meta nbidlet it-tmexxijja tal-Kumpanija wara l-bidla fil-Gvern f’Settembru ta’ dik is-sena ġie abbandunat kull sforz li jitjiebu l-affarijiet.
L-ineffiċjenza qatt ma tista titqies kisbatal-ħaddiema. Il-unions huma ta’ l-istess fehma dwar dan. Iżda l-Partit Laburista, b’mod diżonest, irid jipprovoka lill-ħaddiema biex jirreżistu kull qbil razzjonali li jista’ jintlaħaq fit-taħdidiet bejn Gvern, Kumpanija u unions.
Il-Partit Laburista jirreferi wkoll għal rapporti lideheru fil-mezzi tal-kommunikazzjoni li xi impjegati qegħdin min jeddhom u indipendentement mill-unions tagħhom jippjanaw u jinstigaw lil sħabhom għall-azzjonijiet industrijali m’hux awtorizzati. Il-Partit Laburista jgħid li dawn ir-rapporti huma parti minn "strateġija malinna". Il-Ministeru jikkonferma li għandu informazzjoni li hemm attentat li jittieħdu dawn l-inizjattivi.
Din l-informazzjoni għaddiha lill-Managementtal-Kumpanija biex jieħu kwalunkwe miżura ta’ kontinġenza li tista’ tittieħed u lill-unions biex kemm jista’ jkun ikun evitat kull inwkiet m’hux mixtieq kif ukoll li jiġu salvagwardjati l-interessi tal-Kumpanija u tal-passiġġieri tagħha. Dan il-fatt ma jista qatt jinftiehem – kif qed jifhem il-Partit Laburista – li hu xi attentat biex jinħoloq “diżgwid bejn il-ħaddiema” jew xi forma ta’ provokazzjoni. M’hu fl-interess ta’ ħadd li jittieħdu azzjonijiet industrijali. Dan ikkonfermah ukoll l-istess unions li assiguraw lill-Gvern u lill-Kumpanija li ser jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex ixejjnu kull forma t’azzjoni industrijali m’hux uffiċjali.
Biex jerġa’ jħawwel il-konfużjoni, il-PartitLaburista jargumenta li l-prattiċi ħżiena tax-xogħol, l-ineffiċjenza u l-ħela grassa f’overtime m’humiex il-kawża tal-problemi finanzjarji ta’ l-Air Malta. Minflok il-ħtija hi ta’ dak li b’mod ambigwu, il-Partit Laburista jirreferi għalih bħala “deċiżjonijiet ħżiena.”
Mingħajr ebda ambigwità il-Gvern itenni li mingħajrinvestiment kapitali fil-Kumpanija (li l-Gvern diġà stqarr li lest jagħmel) u mingħajr tnaqqis radikali għall-aħħar fl-ispiża ta’ l-operat tal-Kumpanija, l-Air Malta m’għandhiex aktar minn sentejn ħajja.
Huwa mingħajr ambigwità fl-interess nazzjonali lidan ma jiġrix. Dan minbarra l-interess ta’ l-impjegati ta’ l-Air Malta u tal-familji tagħhom. Iżda milli jidher, m’hux fl-interess tal-Partit Laburista li jippreferi jara l-Air Malta tfalli u tgħalaq u li l-impjegati tagħha jitilfu xogħolhom. Għall-Partit Laburista dan ikun punt politiku waqt li l-Oppożizzjoni tibqa’ indifferenti għall-effett fuq l-għejxien ta’ ħafna Maltin u s-sanità stess ta’ l-ekonomija Maltija.
L-appell li għamel il-Gvern lill-unions biex jifhmul-interess tal-Kumpanija u tal-membri tagħhom jidher li qed jinstema’ u jinftiehem. L-appell biex titwarrab il-konfrontazzjoni u l-kontroversja fażulla u minfloka jidħlu s-sens komun u l-interess nazzjonali ġenwin irid isir ukoll lill-Oppożizzjoni Laburista li minkejja l-kliem fieragħ kollu, bi stqarrijiet bħal tal-bieraħ juri biċ-ċar li la nbidel u l-anqas jixtieq jinbidel minn Partit li dejjem stagħna minn duq il-konfrontazzjoni u l-partiġġjaniżmu.
DOI06.04.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow