Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA L-ISKEMA 'PREMJU AMBJENT U INDAFA 2004

PR481
Date Icon 06/04/2004
IMNEDIJAL-ISKEMA ‘PREMJU AMBJENT U INDAFA 2004’
“Il-Kabinetttal-Gvern iddiskuta zewg proposti li ghandhom x’jaqsmu mal-Kunsilli Lokali. Wahda hija li l-Kunsilli jkunu iktar involuti bhala front office ta’ l-istrategija tal-Gvern dwar it-Teknologija ta’ l-Informatika u l-Komunikazzjoni. Opportunita` li ser toffri shubija fl-Unjoni Ewropea lill-Kunsilli hija dik li Malta ser ikollha 5 rapprezentanti u 5 sostituti fil-Kumitat tar-Regjuni. F’dan il-Kumitat titfassal il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea ghall-Gvern Lokali.”
Danhabbru l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg, li ghandhu r-responsabilta’ tal-gvern lokali, waqt it-tnehdija ta’ l-iskema ‘Premju Ambjent u Indafa 2004’ organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ l-Iklin.
Il-MinistruTonio Borg qal li l-okkazjoni tal-lum kienet wahda ta’ sodisfazzjon ghalih li kien qed jinawgura skema favur l-ambjent, organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ l-Iklin. Hadd ma jista’ jichad li parti sostanzjali mit-titjib ta’ l-ambjent u z-zamma ta’ iktar indafa fil-pajjiz fl-ahhar snin saru grazzi ghall-impenn kontinwu tal-Kunsilli Lokali, u tista` tghid li kull lokalita` f’Malta u Ghawdex gawdiet mit-titjib infrastrutturali u tisbih permezz ta’ inizjattivi u progetti tal-Kunsilli Lokali.
“Metaghaxar snin ilu l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista iddecieda li jwaqqaf il-Kunsilli Lokali kellu f’mohhu d-decentralizzazzjoni tal-poter li hija l-principju tas-sussidjarjetà li minn dejjem kien jemmen fih.  Dan ghaliex kien u ghadu jemmen li t-tmexxija ghaqlija u li l-mod u l-post fejn jittiehdu d-decizjonijiet, ghandu jkun vicin tan-nies li jkunu se jigu affettwati.  Jien konvint, u nahseb illum kulhadd jaqbel, li hija haga tajba li naghtu aktar poter lill-Kunsilli biex jipprovdu servizzi li darba kienu centralizzati.
Bhalissal-Ministeru tieghi qed jezamina d-diversi proposti li ghandu quddiemu sabiex ikun jista’ jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali.  Dan hu process li kellu l-bidu tieghu f’Ottubru li ghadda meta kienet giet organizzata Konferenza Nazzjonali fl-okkazjoni ta’ l-ghaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.  L-emendi li l-Gvern se jipproponi ghandhom l-ghan li jaghtu stimolu gdid lid-demokrazija lokali biex il-Kunsilli jkunu jistghu joffru servizzi ta’ kwalità gholja u jipprovdu tmexxija aktar b’sahhitha u kunfidenti billi titnaqqas il-burokrazija zejda li tohnoq l-innovazzjoni.
S’issarcevejna ghadd ta’ proposti fosthom dwar il-mod kif jinhatar is-sindku, dwar kemm ghandu jkun it-terminu ta’ Kunsill bejn elezzjoni u ohra, u anke biex ikunu specifikati l-oqsma fejn il-Kunsilli Lokali jridu jkunu kkonsultati.
Ic-cittadinitaghna lkoll jixirqilhom l-ahjar livell ta’ servizzi lokali pubblici.  Il-pubbliku jixtieq ukoll, anzi jistenna li l-Gvern lokali jtejjeb kontinwament il-kwalità tas-servizz li joffri u s-sens ta’ direzzjoni u tmexxija li jaghtu lill-komunitajiet taghhom.  Il-pubbliku jistenna wkoll li l-Gvern Lokali juza bl-aktar mod ghaqli l-fondi li jkollu ghad-dispozizzjoni tieghu.
L-impenntal-Gvern Centrali fit-tibdil li jrid jaghmel fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali se jkun biex jitnehhew l-ostakli zejda li joholqu tfixkil, jirrikonoxxi li min jahdem b’mod ghaqli, u fl-istess waqt jenfasizza l-accountability.
Perswazli s-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju li gej se tipprezenta hafna opportunitajiet u se tkun fattur importanti li tiddetermina l-futur tad-demokrazija lokali f’pajjizna. Il-Kunsilli Lokali jridu jahdmu hafna biex jahtfu kull opportunità li tigi ghal idejhom.
Shubijafl-Unjoni Ewropea se taghtina l-opportunità, fost l-ohrajn, li nkunu membri attivi u nipproponu ghaxar persuni biex jirrapprezentawna fil-Kumitat tar-Regjuni ta’ l-UE.  Ir-rwol tal-Kumitat tar-Regjuni huwa importanti ghaliex iressaq il-fehmiet lokali u regjonali fuq il-legizlazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.  Il-Kumitat irid ikun ikkonsultat dejjem mill-Kummissjoni u mill-Kunsill dwar temi li jkunu direttament relevanti ghall-awtoritajiet lokali u regjonali.  Jista’ wkoll jipprezenta l-opinjonijiet u inizjattivi tieghu lill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament.
F’dinjaurbanizzata, li l-popolazzjoni taghha dejjem qeghda tizdied, ilkoll kemm ahna ghandna interess li nizguraw li l-lokalitajiet u l-komunitajiet taghna qed jitmexxew tajjeb.  Id-dimensjoni lokali ta’ l-izvilupp internazzjonali qed ikun dejjem aktar rikonoxxut mill-komunità internazzjonali.
Nawgurasuccess lil din il-kampanja li tista` thalli effett fuq il-kwalita’ ta’ hajja li jghixu fiha r-residenti tal-lokalita` ta’ l-Iklin. Prosit lis-Sindku u l-kunsilliera kollha ghax-xoghol bla heda li jaghmlu biex itejbu l-lokalita`.”


DOI  06.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow