Left arrow Mur Lura

In-negozji zgHar kapaCi JKUNU KOMPETITTIVI U jIRNEXXU fl-esportaZzjoni jekk ikunu INnovattivi u jingHaqdu f’assoCjazzJonijiet tal-Manifattura

PR479
Date Icon 06/04/2004
“Numru ta’ boatbuilders li huma kollha sidien ta’ negozji zghar jew self-employed inghaqdu f’assocjazzjoni ta’ manifatturi bil-ghan li flimkien jiddiskutu kif jistghu jiffaccjaw bejniethom l-isfidi u l-opportunitajiet li jiltaqghu maghhom fil-hidma taghhom bhala manifatturi ta’ dghajjes.  Dawn is-sidien kienu mghejjuna jinghaqdu f’assocjazzjoni mill-Malta Standards Authority u mis-Small Business and Crafts Directorate, u dan sabiex illum fil-process tal-manifattura n-negozji zghar ikunu jistghu jghelbu d-diffikultajiet li jiltaqghu maghhom jekk jaffrontaw is-sitwazzjoni flimkien.  Illum gejna hawn biex ninawguraw l-impenn ta’ dawn il-boat builders u nuru dan is-success taghhom bhala ezempju ghal ohrajn.”
Hekkikkummenta is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, l-Onor. Edwin Vassallo meta flimkien mal-Ministru Censu Galea kienu qed izuru l-fabbrika ta’ Chaudron Co. Ltd.
Is-sidta’ din il-kumpanija kien qed jipprepara ghall-esportazzjoni ta’ dghajjes lejn in-Norvegja.  Dawn id-dghajjes, li kienu qed jitghabbew fil-containers ghall-esportazzjoni, diga’ ghaddew mic-certifikazzjoni skond ir-regolamenti u l-istandards Maltin, hekk kif stabbiliti mill-Malta Standards Authority (li llum il-gurnata huma ekkwivalenti ma’ dawk Ewropej), biex il-manifattur seta’ jwahhal il-marka ‘CE’. Din il-marka hija l-conformity mark li permezz taghha, dawn il-prodotti jkunu certifikati ‘safe’ ghall-uzu tax-xerrejja taghhom.  B’hekk ikunu jistghu mhux biss jitqeghdu fuq is-suq Malti, izda jkollhom access ghas-suq ferm akbar ta’ l-European Economic Area (EEA), u ghalhekk dawn id-dghajjes setghu jkunu esportati lejn in-Norvegja.
Il-Ministrughall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea qal li dan huwa ezempju car tal-vantaggi li jgib mieghu d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Hu qal li bis-sahha ta’ dan il-pass, imprendituri Maltin issa m’ghadhomx limitati ghal suq zghir izda jistghu jesportaw bla xkiel lejn kull pajjiz ta’ l-Unjoni Ewropea u jzidu l-bejgh taghhom.
Il-Kumpanijili qed jifformaw din l-assocjazzjoni huma:  Buccaneer Boats Ltd., Carmelo Aquilina Boat Builder, Chaudron Co. Ltd., Crown Fibreglass, Fibreoptic Ltd., Hi TechMarine Ltd., Paul’s Garage, Petercraft u Tar-Ratal Marine Crafts. Dawn il-membri huma fost l-esibituri Maltin li ser ikunu qed jesebixxu l-prodotti taghhom fil-Fiera tad-Dghajjes li se tittella’ fin-Naxxar fil-jiem li gejjin.
Il-MinistruCensu Galea kellu kliem ta’ tifhir ghall-hidma ta’ l-MSA u l-SBU u ghall-istess membri ta’ din l-assocjazzjoni, li hadu din l-inizjattiva u nghaqdu f’din l-assocjazzjoni.
“Pajjiznajrid ikun kompetittiv fil-kummerc tieghu u kemm-il darba ntejjbu l-kapacita’ kummercjali taghna, inkunu qed noholqu aktar impjiegi, inzidu l-valur ta’ l-industrija taghna u nkattru l-produttivita` fil-manifatura tan-negozji taghna.  L-impenn tal-Ministeru tieghi huwa li jara li pajjizna jsir aktar kompetittiv.  Kull servizz moghti jenhtieg li jkun aktar efficjenti u f’waqtu.  ’Il quddiem, wara konsultazzjoni mas-setturi kollha nvoluti, il-Ministeru jkun jista’ jhabbar pjan ta’ hidma li permezz tieghu irridu naraw li l-Gvern, b’hidma impenjattiva, ikun qed jghin biex in-negozji taghna jkunu qed jiehdu sehemhom mis-suq kummercjali globali.
“Jiena nawgura hidma fejjieda lil din l-assocjazzjoniu inwieghed li l-hidma tal-Ministeru tieghi ghandha twassal biex dawn il-membri jkunu mghejuna ikabbru in-negozju taghhom u jisfidaw swieq godda ta’ esportazzjoni.”  B’dawn il-kliem il-Ministru Censu Galea awgura success lil din l-assocjazzjoni filwaqt li  assigurahom  li l-Gvern, bid-dipartimenti tieghu u l-awtoritajiet koncernati, lest li  jkun ta’ ghajnuna ghal dawn in-negozji, biex kull negozju jkun aktar kompetittiv fis-suq rispettiv tieghu.


DOI  06.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow