Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI dR mICHAEL FRENDO JIEHU SEHEM F’ konferenza Ministerjali fl-Irlanda

PR475
Date Icon 06/04/2004
L-Onor. Michael Frendo, Segretarju Parlamentari fil-Ministerughall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni ta’ Investiment, dalghodu se jhalli Malta ghall-Irlanda fejn se jattendi ghall-konferenza Ministerjali ta’ jumejn bit-tema "Communicating Europe" organizzata mill-Presidenza Irlandiza ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-iskop ta’ din il-konferenza se jkun li l-pajjizimembri u l-pajjizi li se jissiehbu fl-Unjoni fl-ewwel ta’ Mejju, fosthom Malta, jiddiskutu metodi ta’ kif l-Unjoni Ewropea tista’ twassal aktar informazzjoni lic-cittadini Ewropej. Se jkunu diskussi wkoll diversi proposti dwar kif l-Unjoni tista’ twassal informazzjoni ta’ kwalita’ oghla u li tinteressa aktar lic-cittadini Ewropej fil-hajja ta’ kuljum taghhom.
Fost il-proposti li qed jigu analizzati hemm imsemmili l-istati membri ’l godda jkunu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdu aktar informazzjoni dwar l-Unjoni fil-pajjizi rispettivi bil-lingwi nazzjonali taghhom. Hemm ukoll proposti ohra li jitkellmu dwar il-holqien ta’ sistema elettronika komuni li permezz taghha cittadini ta’ l-Unjoni Ewropea jkunu jistghu jitolbu aktar informazzjoni dwar komunikazzjonijiet, li tkun ippubblikat l-Unjoni Ewropea.
Minbarra r-rapprezentanti tal-Gvernijiet, se jattenduwkoll ghal din il-konferenza l-President tal-Parlament Ewropew Pat Cox, kif ukoll il-Kummissarji Pascal Lamy u Antonio Vittorino. F’din il-konferenza, qed ikunu mistiedna l-pajjizi tal-Punent tal-Balkani li ghall-ewwel darba, qed jippartecipaw f’konferenza Ministerjali ta’ l-Unjoni Ewropea.


DOI  06.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow