Left arrow Go Back

Seminar taż-Ż.A.K. fuq Kulturi Differenti

PR466
Date Icon 05/04/2004
Seminartaż-Ż.A.K. fuq Kulturi Differenti
Iż-ŻAK(Żagħżagħ Azzjoni Kattolika), flimkien mal-FIMCAP (Fédération International des Mouvements Catholiques d’Action Paroissale) qed jorganizzaw seminar bejn it-2 u s-6 t’April bit-tema:  “Żgħażagħ - minn Multikulturali għal Interkulturali”.  Diversi youth workers minn ħmistax-il pajjiż (Malta, Ġermanja, Awstrija, Belġju, Spanja, l-Italja, Rumanija, Renju Unit, Svizzera, Lituanja, Danimarka, Ċili’, Sierra Leone, l-Olanda u l-belt ta’ Sarajevo) qed jiltaqgħu biex jiddiskutu l-interazzjoni bejn kulturi differenti.  Dan is-seminar ġie sussidjat mill-Unjoni Ewropea  taħt il-Programm ‘Youth’.
Iż-ŻAKhija għaqda ta’ madwar 900 żagħżugħ u żagħżugħa nsara ta’ bejn it-13 u 25 sena.  L-iskop taż-ŻAK hu li jiffurmaw liż-żgħażagħ biex jieħdu azzjoni fil-komunita’ bi spirtu nisrani. Jittellgħu bosta attivitajiet biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiltaqgħu u jitħalltu flimkien, jimxu f’direzzjoni tajba fil-ħajja, u jirċievu għajnuna meta jiġu biex jibdew il-ħajja tax-xogħol wara dik edukattiva.
It-tematal-konferenza ntgħażlet bl-iskop li ssir diskussjoni dwar kif jista’ jitnaqqas l-impatt negattiv waqt l-iskambji bejn iż-żgħażagħ minn pajjiżi u kulturi differenti.   Għalhekk dan is-seminar ser iservi biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet tal-youth workers u youth leaders li jkunu nvoluti fl-iskambji billi l-individwi involuti jsiru aktar konxji tal-kultura tagħhom stess u fl-istess ħin jifhmu aktar il-kulturi ta’ xulxin.
It-tagħliminterkulturali huwa l-proċess li bih individwu jirnexxielu jitgħallem jgħix u jitħallat ma’ individwi oħra ta’ kulturi differenti mingħajr konflitti.  Permezz ta’ dan is-seminar, il-youth workers ser ikunu attrezzati aħjar għal meta jkunu nvoluti f’attivitajiet b’numru kbir ta’ żagħżagħ ta’ kulturi differenti.
Il-Ministruta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, l-Onor. Louis Galea, li kien preżenti għall-ftuħ ta’ dan is-seminar, wera s-sodisfazzjon tiegħu għall-inizjattiva li ħadu ż-ŻAK u nkoraġġixxa liż-żgħażagħ biex ikomplu jieħdu aktar inizjattivi bħal dawn.  Il-Ministru kompla jgħid illi llum iż-żgħażagħ jaffaċjaw sfidi akbar minn qatt qabel fil-ħajja ta’ kuljum. “Aktar għarfien tad-diversita’ tal-kulturi jgħin biex il-ħajja żagħżugħa tkun waħda aktar sodisfaċenti. Esperjenzi bħal dawn mhux biss jgħinu liż-żgħażagħ jifhmu aktar lil xulxin fuq skala internazzjonali iżda tagħtihom opportunita’ biex jedukaw aktar ruħhom u jiftħu aktar moħħhom”, temm jgħid il-Ministru Galea.
DOI –05.04.2004
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow