Left arrow Go Back

INDIRIZZ MILL-ECCELLENZA TIEGHU DOTTOR EDWARD FENECH ADAMI, PRESIDENT TA' MALTA - IL-PALAZZ, VALLETTA - IL-HADD, 4 TA' APRIL 2004

PR463
Date Icon 04/04/2004
INDIRIZZ MILL-ECCELLENZA TIEGHU DOTTOR EDWARD FENECH ADAMI, PRESIDENTTA' MALTA - IL-PALAZZ, VALLETTA - IL-HADD, 4 TA' APRIL 2004
Mhux l-ewwel darba li kelli okkazjoni fil-pubbliku nlissen il-kliem"Kburi li jien Malti". Illum din id-dikjarazzjoni li rripetejt tant drabi ghadni kif tajtha forma solenni hawn quddiemkom meta hlift quddiemkom u quddiem Alla "li naqdi fedelment il-kariga ta' President ta' Malta u li, skond l-ahjar hila tieghi nikkonserva, inhares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta' Malta".
Hlift li hekk naghmel ghaliex nemmen li, kif inkantaw fl-Innu Malti,Alla jaghti dehen lil min ikollu awtorità f'pajjizna.
Ghal erba' darbiet gejt imsejjah minn erba' Presidenti ta' Malta biexnahlef li naqdi dmiri bhala Prim Ministru ta' pajjizi, minghajr biza' jew favur. Inhoss li nista' nistqarr li tul iz-zmien li zammejt dak l-inkarigu mxejt b'mod li fhimt kien l-ahjar fic-cirkustanzi, u c-cirkustanzi kienu dawk ta' bidliet kbar f'Malta u fid-dinja.
Illum fir-raba' jum tar-raba' xahar tar-raba' sena tat-tieletmillennju ta' l-era Kristjana gejt imsejjah b'mod demokratiku mill-Kamra tad-Deputati biex ghall-hames snin li gejjin, jekk Alla jrid, naqdi d-dmirijiet ta' President ta' Malta. Ghal din il-hames sejha nwiegeb b'umiltà profonda: "Hawn jien, lest li nservi".
Zminijiet ta' bidla: Ghalaqt sebghin sena u nista' nhares lura unipprova nara kif qrajt is-sinjali taz-zminijiet. L-ewwel tifkiriet huma tat-tragedji tat-tieni gwerra mondjali. Tifel ta' sitt snin, niftakar l-ewwel air-raid ftit qabel is-sebgha ta' filghodu nhar il-11 ta' Gunju elf disa' mija u erbghin (1940). Immarkati fil-memorji l-iljieli fix-xelters. Niftakar il-migja tal-President Roosevelt u l-Prim Ministru Winston Churchill f'Malta fi triqthom lejn Yalta - memorja li giet imgedda meta f'Dicembru ta' l-elf disa' mija disgha u tmenin (1989) ilqajna lil President Gorbachev u Bush biex qalbu d-decizjonijiet ta' Yalta u fethu era gdida ta' ko-operazzjoni bejn in-Nazzjonijiet. 1 Niftakar iz-zmien meta bhala wiehed f'familja ta' hamest itfal il-hajja kienet hafna aktar iebsa mil-lum u missieri kellu jmur jahlef quddiem ir-Registratur ta' l-Università biex jinheles mill-hlas tal-mizati ghaliex il-finanzi tal-familja ma kinux jifilhu li hija l-kbir u jien nistudjaw l-Università. Illum bil-hidma ta' gvernijiet differenti rnexxilna nassiguraw li t-taghlim ikun tassew accessibbli ghal kulhadd.
Niftakar is-snin hamsin fl-Università diskussjoni interminabbli dwaril-futur Kostituzzjonali ta' Malta f'dak iz-zmien meta l-Imperu Ingliz kien qieghed jisfaxxa biex hadu l-indipendenza taghhom madwar hamsin kolonja. Fis-snin sittin, zmien ta' decizjoni, ta' kuragg ta' determinazzjoni ghal gid futur ta' pajjizna. U hemm sibt ruhi fil-qofol tat-tellieqa politika. Tellieqa dwar kif u min iwassal l-akbar gid - hekk jiena dejjem fhimt it-tellieqa bejn il-partiti politici.

Id-demokrazija hija l-aqwa akkwist ta' kull pajjiz civili u modern. Jiena kburi b'dan pajjizi li gharaf ihaddem id-demokrazija b'hila anki f'mumenti difficli u llum hadd ma jiddubita mill-kredenzjali demokratici tal-poplu Malti u ta' l-istat Malti. Fl-aktar zminijiet difficli tajt sehmi biex instabu soluzzjonijiet kif jixraq.

Ghexna bidliet kbar dwar kif tithaddem l-ekonomija biex taghti l-frottmistenni. Il-pajjizi kollha tista' tghid esperimentaw sistema ta' ekonomija ftit jew wisq kontrollata mill-istat u tista' tghid kollha tghallmu li din ma taghtix ir-rizultati mixtieqa. Dan inhass l-aktar wara l-waqgha tal-hajt ta' Berlin. Jien kelli x-xorti li nkun l-ewwel Kap ta' Gvern li qasam fuq riglejh minn naha ghal ohra ta' Berlin minn fetha fil-hajt.
Illum qed nghixu l-akbar bidla fis-sistema ekonomika. Ilkollnitkellmu fuq il-fenomenu reali tal-globalizzazzjoni. Malta se tiflah ghal din il-bidla? Ir-risposta hija affermattiva ghal min jemmen fil-Maltin.
U nsaqsi llum ukoll, kif saqsejt tant drabi tul il-hajja tieghipubblika: min huma l-Maltin?
Il-Malti jemmen fil-Providenza. Jemmen f'Alla omnipotenti uomniprezenti li ma jabbanduna lil hadd ghal rajh. Kelli okkazjoni ftit granet ilu nattendi ghall-"The Benjamin Tonna Lecture" moghti minn gizwita Philip Endean SJ bis-suggett "Karl Rahner: Theologian of Hope and Dialogue". Smajtu b'interess u laqatni hsieb ewlieni tieghu li huwa dan:
Karl Rahner, meqjus bhala aktarx l-akbar teologu tas-seklu ghoxrin,fil-qofol tal-hsieb teologiku tieghu jsostni li kull bniedem, indipendentament minn kull twemmin, ghandu f'hajtu esperjenza personali ta' Alla li huwa omniprezenti. Fr Endean jorbot dan il-hsieb ma' l-esperjenza personali tieghu meta zar l- 2 Ipogew ta' Hal Saflieni. Qalilna fil-lecture li l-abitanti ta' dawn il-gzejjer, millennji qabel it-twelid ta' Kristu bil-fors kellhom l-esperjenza ta' Alla kif imfissra minn Rahner meta haffru dan it-tempju u hekk ukoll nistghu nispjegaw il-misteru tat-tempji megalitici ta' pajjizna.
Il-Malti huwa kburi li parti importanti mill-istorja tieghu tinsabdokumentata fil-Kotba Mqaddsa fejn, fl-Atti ta' l-Appostli, San Luqa jitkellem fuq zewg htigiet: li San Pawl jasal Ruma u li fi triqtu lejn Ruma kien jinhtieg li l-gifen tieghu jahbat ma' gzira li jisimha Malta.
L-esperjenza ezistenzjali ta' Alla u t-twemmin nisrani huma l-ghagnali nhmiet tul il-millennji u sawret il-karattru Malti.
Ghalhekk il-Malti jifhem it-tifsira tas-solidarjetà li tibdafil-qalba tal-familja, tinfirex ghall-girien u tissokta ma' kull min hu fil-bzonn. Hija propju din il-karatteristika li wasslet biex kull Gvern Malti ta' kull kulur politiku dejjem qieghed quddiem nett il-valur tal-politika ta' gustizzja socjali.
Il-Malti qatt ma jaqta' qalbu ghax jaf li t-tama hija l-virtù litaghtik is-sahha li hija tant mehtiga partikolarment fi zmien ta' bidla mghaggla.
Qed nghixu fi zmien ta' bidla mghaggla hafna u jiena fraht meta s-senal-ohra fit-8 ta' Marzu l-poplu Malti b'mod mill-aktar demokratiku ghazel li jilqa' ghal din il-bidla billi jissieheb fl-Unjoni Ewropea li hija mibnija fuq it-tripied ta' rispett shih lejn id-drittijiet tal-bniedem, hidma ghal paci bejn in-nazzjonijiet u tkattir tal-gid li jitqassam b'gustizzja. Mill-ewwel ta' Mejju mal-bandiera nazzjonali taghna nibdew nuru wkoll dik blu bi tnax-il stilla biex infissru dan l-izvilupp importanti fl-istorja ta' pajjizna.
L-Unjoni Ewropea hija realtà li ftit kienu jahsbu li tista'titwettaq. Kienu nies kbar ta' kultura profondament Kristjana, bhal Robert Schuman, Alcide de Gasperi u Konrad Adenauer li emmnu li din tista' ssir u poggew il-pedamenti taghha fit-trattat ta' Ruma. Nittama li fi ftit gimghat ohra Malta wkoll tkun rapprezentata f'Ruma ghall-iffirmar ta' Trattat Kostituzzjonali ghall-Unjoni Ewropea.
F'dan il-kuntest storiku jien ghazilt li naccetta li nservilill-poplu Malti bhala President ta' Malta. Nifhem lil min ma qabilx ma' din l-hatra tieghi izda nassigura lil kulhadd li se naghmel hilti kollha biex inkun ta' bilhaqq den ta' din il-kariga.
Ghandi mudelli tajba biex nimxi fuqhom. Insellem lil Sir Anthony Mamo,l-ewwel President ta' Malta, infakkar lil mibkija Anton Buttigieg, Agatha Barbara u Pawlu Xuereb u nirringrazzja lil predecessuri tieghi Censu Tabone, Ugo Mifsud Bonnici u Guido de Marco. 3 Nirringrazzja lilek Prim Ministru li ghogbok tipproponi ismi ghal din il-hatra, kif ukoll lid-deputati kollha li nassigurakom mill-impenn tieghi li nahdem maghkom ilkoll sabiex tisseddaq l-ghaqda fost il-Maltin.
Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li tul is-snin hadmu mieghi,partikolarment dawk li jiffurmaw is-servizz pubbliku, ghall-ghajnuna li tawni fis-snin twal tieghi fil-hajja pubblika.
Nirringrazzja lil marti u l-familja tieghi ghall-appogg, aktarxsieket, taghhom.
Fl-ahharnett nixtieq nirringrazzja lil genituri mejtin tieghi u lildawk kollha li tul hajti ghenuni biex insawwar il-karattru tieghi mibni, nittama, fuq il-valuri li tawni huma.

DOI - 04.04.2004

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow