Left arrow Mur Lura

€184 MILJUN F’GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦALL-BDIEWA U R-RAĦĦALA

PR460
Date Icon 02/08/2004
B’riżultat tan-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti kisebpakkett ta’ għajnuna finanzjarja għall-bdiewa. Din l-għajnuna tlaħħaq il €184 miljun (madwar Lm77 miljun) sas-sena 2014. Din l-għajnuna hi ffinanzjata mill-fondi ta` l-Unjoni Ewropea għall-wara s-sħubija u mill-Gvern Malti.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali ul-Ambjent, l-Onor. George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet dwar it-tnehdija ta’ diversi skemi ta’ għajnuna. Matul din il-konferenza ngħataw ukoll dettalji dwar l-istat ta’ tħejjija tal-Ministeru għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Prezenti għal din il-konferenza kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura u Sajd fil-Ministeru ta` l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. Francis Agius.
Il-Ministru George Pullicino qal li Malta hi l-ewwelpajjiż, minn fost il-membri l-ġodda li se jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, li qed tilqa’ dawn it-talbiet għall-iskemi ta’ għajnuna skond il-Politika Agrikola Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu qal li t-tnehdija ta’ dawn l-iskemi hija konferma ta’ kemm il-Ministeru hu preparat għas-sħubija. L-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Kontroll ta’ l-Art Agrikola (IACS) ukoll hu mħejji tajjeb u qed jiffunzjona kif mitlub mir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Onor. George Pullicino qal li l-Aġenzija ta’Pagament ukoll se tkun lesta sad-data tas-sħubija. F’dawn il-jiem qed jintgħażel il-bank li se jipproċessa t-transazzjonijiet finanzjarji u għaddejjin ukoll l-aħħar diskussjonijiet ma’ kumpannija privata ta’ awditjar biex l-aġenzija tkun akkreditata skond kif mitlub mir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Pullicino faħħar lill-impjegati tal-MITTSli żviluppaw sistema li biha rnexxielhom jissimplifikaw sistema li hija kemmxejn kumplikata. Permezz ta’ din is-sistema l-applikant mhu ser jkollu jimla ebda formola iżda l-informazzjoni se tinġabar minn uffiċjali tal-Ministeru waqt interviews li se jsiru u din l-informazzjoni se tkun trasferuta direttament fuq id-database. Dan se jnaqqas l-inkonvenjent għall-applikanti u fl-istess ħin inaqqas ukoll ix-xogħol amministrattiv għad-Dipartiment.
Pullicino qal li fin-negozjati ma’ l-Unjoni EwropeaMalta kienet l-uniku pajjiż, minn fost l-istati membri l-ġodda, li ngħatat l-istat ta’ żona żvantaġġjata (less favoured area) u dan wassal biex inkisbet aktar għajnuna.
Il-Ministru George Pullicino appella lill-bdiewa u r-raħħalaMaltin biex jingħaqdu f’għaqdiet tal-produtturi u żied jgħid li l-Unjoni Ewropea għandha wkoll għajnuna li tkopri sa’ nofs l-ispejjeż amministrattivi involuti.
Il-Ministru Pullicino qal li l-Ministeru jridjiżgura li kull min hu intitulat għal din l-għajnuna jibbenefika minn din l-opportunita’ li qed tingħatalu. Kien għalhekk li l-Ministeru ħejja kampanja ta’ informazzjoni li tinkludi ittri personalizzati li qed jintbagħtu għand dawk kollha reġistrati mad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura, fuljetti ta’ informazzjoni, riklami u numru freephone 8007 2310 minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni.

Intant, l-iskemi ta’ għajnuna huma għal:

  • Qmuħ, ċereali u magħlef ieħor, u għajnuna fuq ir-raba’ mistrieħ;
  • Frott u Ħxejjex;
  • Tadam u Frott għall-Iproċessar;
  • Patata;
  • Żebbuġ;
  • Għajnuna għar-Restawr ta’ Ħitan tas-Sejjieħ ta’ Lqugħ;
  • Taħwil, Ristrutturar u Għajnuna addizzjonali fuq Dwieli;
  • Għajnuna fuq Speċi Awtoktoni (eż. is-siġra tal-Ballut u l-gendus Malti);
  • Biedja Organika;
  • Għajnuna fuq Żoni Żvantaġġjati, u
  • Għajnuna għall-bdiewa reġistrati full time.
L-applikazzjonijiet għal dawn l-iskemi se jibqgħujintlaqgħu sas-17 ta’ Mejju. Skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea jingħata ċans ta’ 25 ġurnata oħra wara d-data ta’ l-egħluq, jiġifieri sal-11 ta’ Ġunju iżda tinqata’ 1% ta’ l-għajnuna li jkun intitolat għaliha l-applikant għal kull ġurnata tard li ssir l-applikazzjoni.
L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu miċ-Ċentru ta’l-Għammieri, l-Marsa, mill-uffiċċju ta’ l-Extension Service tal-Mosta, u mill-Uffiċċju ta’ l-Agrikultura (IACS), ir-Rabat Għawdex.
DOI –02.04.2004
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow