Left arrow Mur Lura

Laqgħa ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Għawm

PR457
Date Icon 02/04/2004
Laqgħa ta’ l-AssoċjazzjoniEwropea ta’ l-Għawm
Bħalissaf’pajjiżna qed jiltaqa’ l-Eżekuttiv ta’ l-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Għawm -  Ligue Europeenne de Natation – LEN. Din hi l-organizzazzjoni Ewropea li tiffoka permezz tad-diversi friegħi tagħha, fuq id-dixxiplini differenti li jinkludu l-għawm, il-waterpolo, diving (springboard), synchronised swimming, open water swimming, u masters.  Din il-laqgħa tiġi organizzata darbtejn fis-sena biex tiddiskuti l-ħidma għax-xhur li ġejjin u partikolarment l-avvenimenti li qed jitħejjew, bħal European Swimming Championships li se jsiru f’Madrid, u l-European Junior Waterpolo Championships li se jsiru f’Malta f’Settembru li ġej.
Is-SurRobert Ebejer, President ta’ l-ASA (Aquatic Sports Association Malta) li hu wkoll membru tal-LEN Bureau, qal li jħossu kburi li pajjiżna kellu l-opportunita’ jospita din l-laqgħa ta’ l-ogħla istituzzjoni f’dan l-isport.  Hu qal li l-LEN dejjem tat l-appoġġ tagħha lill-ASA kull meta għamlet proposti biex jiġu organizzati avvenimenti internazzjonali f’pajjiżna.  Hu semma wkoll il-ħidma li saret biex ġew organizzati l-European Junior Swimming and Diving Championships li saru fl-2001 u l-European Junior Waterpolo Championships li se jsiru din is-sena.
Waqtid-diskors tal-ftuħ, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Impjiegi, l-Onor. Louis Galea li hu wkoll responsabbli mill-qasam ta’ l-isport, fisser li l-viżjoni ta’ Malta dwar l-importanza ta’ l-ibħra għall-umanita’ għandha tkun kontribut speċjali fl-Unjoni Ewropea li iffokat l-aktar fuq l-aspett tas-sajd.  Iżda jeħtieġ li wieħed iħares lejn l-opportunitajiet kbar li l-ibħra jġibu magħhom fit-turiżmu, fl-isport tal-baħar, l-ekonomija u l-ambjent.  F’dan il-kwadru, l-isport tal-baħar għandu sehem speċjali.  Louis Galea qal li hu ħasra li pajjiżna li għandu riżorsa daqshekk kbira u mhux qed juża l-massimu tal-potenzjal li joffri l-baħar fil-qasam ta’ l-isport.
Il-MinistruGalea tkellem ukoll dwar il-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Isport li qed jaħdem biex jiffinalizza l-Politika Nazzjonali għall-Isport – politika li tiddetermina l-ħidma tal-Kunsill għat-tlett snin li ġejjin skond kif titlob il-Liġi ta’ l-Isport.  Il-Kunsill diġa’ fassal proposta ta’ skema ta’ assistenza għall-għaqdiet sportivi, kif ukoll proposta biex jingħata ‘leave’ imħallas lill-atleti u lill-uffiċjali meta jkunu qed jattendu attivitajiet sportivi. Dawn il-proposti għad iridu jitressqu għall-approvazzjoni tal-Gvern.
Louis Galea qal li l-Gvernpermezz tal-Kunsill Malti ta’ l-Isport qed jappoġġja diversi inizjattivi favur l-isport akwatiku f’pajjiżna.  Fost affarijiet oħra semma t-taqsima li tippromwovi l-għawm (Swimming Promotions Unit) li qed taħdem biex tkattar l-għarfien dwar u l-parteċipazzjoni fil-qasam ta’ l-għawm.  Hu semma wkoll il-ħidma li qed issir fil-programm Skolasport, fejn qed issir enfasi partikolari fuq l-isport akkwatiku li qed iwassal ukoll biex aktar tfal jieħdu interess f’dawn id-dixxiplini sportivi.
Il-Ministru Louis Galea temmid-diskors tieghu billi qal li l-Gvern se jkompli wkoll jagħti l-appoġġ tiegħu lill-għaqdiet sportivi kemm permezz tad-devoluzzjoni ta’ proprjeta’ lill-għaqdiet sportivi kif ukoll permezz ta’ finanzjament u sussidji bħalma per eżempju jingħata lill-ASA – sussidju qawwi ta’ aktar minn Lm 30,000 fuq ir-rati għall-użu tal-faċilitajiet sportivi.

DOI – 02.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow