Left arrow Mur Lura

Inawgurata l-Mejda ta’ l-Appostli fil-Kwartier Generali tal-Pulizija

PR456
Date Icon 02/04/2004
Inawguratal-Mejda ta’ l-Appostli fil-Kwartier Generali tal-Pulizija
Il-ViciPrim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg illum inawgura l-Mejda ta’ l-Appostli li qed tigi organizzata ghat-13-il darba fil-Kwartier Generali tal-Pulizija.
Il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur John Rizzo, wara li ta merhbalill-Vici Prim Ministru Tonio Borg u lis-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, qal li din il-wirja, barra li turi l-hila tal-membri tal-korp, tghin biex turi li d-Depot, kif inhu maghruf il-Kwartieri Generali tal-Pulizija, mhux xi babaw imma huwa post miftuh fejn l-istampa, il-pubbliku Malti u anki turisti jistghu jammiraw il-kapacitajiet artistici tal-membri tal-Korp. Huwa fahhar l-impenn ta’ dawk li ghal hafna hin, hadmu biex setghu ittellghu din il-wirja.
F’kelmtejnli ghamel il-Vici Prim Ministru Tonio Borg qal li huwa ta’ unur ghalih li ghat-tmien darba qed jinawgura din il-wirja artistika, wirja li zviluppat sew matul is-snin u llum lahqet livell artistiku gholi.  Huwa qal li ghalkemm din hija attivita’ ta’ espressjoni artistika, biex kisbet dan il-livell bilfors li min jahdem fuqha ghandu konvinzjoni tat-twemmin nisrani.
Il-MinistruTonio Borg fahhar il-mod kif il-Kummissarju tal-Pulizija qed jahdem biex juri l-lat uman tal-Korp u qed jaghmel hiltu biex il-Kwartier Generali ikun post miftuh ghal kulhadd. Huwa qal li jiftakar xi xhur ilu f’Jum il-Pulizija kienet ittellghet wirja ta’ xoghlijiet artistici ta’ membri tal-Korp, xhieda tal-kapacitajiet ta’ hafna membri tal-pulizija. Huwa ferah lil dawk li hadmu fuq il-Mejda ta’ l-Appostli ghal-livell artistiku gholi u appella lill-pubbliku in generali biex izur din il-wirja.
Ix-xogholfuq il-Mejda ta’ l-Appostli sar mis-Surgent Mario Ebejer u l-kuntistabbli Pierre Bugeja u Mario Muscat.

DOI – 02.04.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow