STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT
PR455
02/04/2004
| STQARRIJA | MILL-MINISTERU GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT |
| Il-Ministru | għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment jaqbel ma dak li qal is-Sur Manwel Zammit, Segretarju tat-Taqsima tat-Trasport u l-Avjazzjoni tal-GWU, li hi r-responsabbilità ta’ kulħadd biex jintlaħaq qbil dwar il-miżuri kollha neċessarji sabiex l-Air Malta tirritorna lura għall-profitt fuq l-operat ewlieni tagħha, jiġifieri l-ġarr tal-passiġġieri. |
| Il-Ministru | b’sodisfazzjon innota li l-GWU taqbel ukoll illi l-aħjar soluzzjoni hu l-ftehim bejn kulħadd, milħuq madwar il-mejda tan-negozjati fil-qafas tal-Patt Ażjendali – ftehim illi l-Gvern jemmen li jista’ jintlaħaq jekk ikun hemm rieda tajba u ġenwina minn naħa ta’ kulħadd. |
| F’dan | il-kuntest il-Ministru Austin Gatt saħaq li jekk hemm minn jaħseb li dan il-ftehim m’hemmx bżonnu jew li l-affarijiet jistgħu jibqgħu għaddejjin bil-prattiċi eżistenti, allura ikun qiegħed jiżbalja bil-kbir. Jekk, kontra kull ħsieb ta’ dan il-Ministeru, ikun hemm min, akkost ta’ kollox ma jridx ftehim, dak ikollu jġorr il-piż tal-konsegwenzi kbar u xejn felici illi jkun ġab, kemm fuq il-kumpanija, kif ukoll fuq il-ħaddiema u l-familji tagħhom. Il-Ministru jaqbel ukoll ma’ dak li qal is-Sur Zammit, li f’dan il-proċess, ir-rwol tal-partijiet kollha nvoluti huwa li jissalvagwardjaw l-interessi tal-ħaddiema, tal-kumpanija u ta’ l-azzjonisti tagħha u m’hux li jużaw dan l-eżerċizzju għal skopijiet oħra. |
| Il-Gvern | għal darb’oħra jrid jagħmilha ċara, li l-miżuri ta’ kontroll m’humiex immirati biss lejn il-ħaddiema, iżda wkoll lejn id-Diretturi u l-management tal-kumpannija. Il-Gvern diġà ta eżempju bil-provi. Qiegħed iwiegħed li jirrikapitalizza ‘l-kumpanija bi Lm30 miljun lira, naqqas l-onorarja tad-diretturi b’Lm117,000 fis-sena u approva l-bejgħ tal-kumpanniji li m’humiex parti integrali mill-core business tagħha (li se jiġġeneraw miljuni għall-cash flow tal-kumpanija) biex jerġa’ jinvesti dawn il-fondi fil-kumpannija. Dawn huma kollha sinjali ta’ rieda tajba minn naħa tal-Gvern li huma ntiżi biex il-kumpannija terġa’ tqum fuq saqajha mingħajr dewmien. |
| F’dan | il-kuntest ukoll, il-Gvern u l-kumpannija diġà bdew jaħdmu fuq sensiela ta’ miżuri speċifiċi, intizi biex jindirizzaw spejjeż fl-oqsma tas-senior management kollu, l-operat ta’ l-out stations, kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi u diskrezzjonali oħra; liema mizuri ser jiġu kkomunikati lill-partijiet kollha involuti. L-għan ta’ dan kollu hu li r-riformi ma jinġarrux minn sezzjoni partikolari tal-ħaddiema, iżda min kulħadd. |
| Il-kumpanija | hi lesta wkoll li ddahħal lill-Unions parteċipi magħha fil-moniteraġġ tat- twettiq tal-Patt Ażjendali milħuq, billi twaqqaf struttura apposta li tiltaqa’ regolarment għal dan il-għan. Il-Ministru jfakkar illi llum, f’pajjiżna għandna liġijiet li diġà jipprovdu għall-obbligu kif ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom, b’mod regolari, jiġu kkonsultati u jingħataw l-informazzjoni neċessarja u għalhekk ma jarax għaliex dan il-qafas legali m’għandux jiġi wżat f’dan il-każ. |
| Il-Ministeru | saħaq ukoll illi fl-ispirtu ta’ koperazzjoni espress mill-Ministru Gatt fl-ewwel laqgħa, fejn tnieda l-Patt Ażjendali, kull parti trid tirrealizza li f’dan il-ftehim kollu m’hemm xejn li hu mnaqqax fil-blat u kollox huwa suġġett għad-diskussjoni u n-negozjati. Dan jgħodd ukoll għad-data ta’ l-iffirmar tal-Patt Ażjendali, fejn jekk il-Gvern jara’ li hemm qafas ta’ ftehim, lest jikkonsidra estensjoni ta’ ftit ġranet sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati d-dettalji tal-ftehim. Madankollu irid ikun car li d-deċiżjonijiet finali ma jistgħux jibqgħu jitwalu, speċjalment minħabba l-kundizzjoni finanzjarja tal-kumpannija u l-ħtieġa li tiġi rikapitalizzata. |
| F’dan | l-istadju delikat tan-negozjati, il-Ministru Gatt jerġa’ għal darb’oħra jappella għas-sens komun ta’ kulħadd: “L-għan komuni ta’ kulħadd għandu jkun wieħed biss – li l-Air Malta terġa’ lura għall-profittabbilità. Biex dan iseħħ irridu nirriformaw, kif għamlet kull linja ta’ l-ajru oħra – il-mod kif taħdem il-kumpannija. Hu b’hekk biss li nevitaw is-sensji li kull kumpanija ta’ l-ajru oħra għamlet f’dawn l-aħħar tletin xahar. Dan kollu rridu nagħmluh fi spirtu ta’ ko-operazzjoni u nwarrbu kull element ta’ konfrontazzjoni”. |
| DOI - | 02.04.2004 |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en