Left arrow Go Back

L-ATTI TAL-PARLAMENT U L-AVVIŻI LEGALI TAS-SENA L-OĦRA FUQ CD

PR45
Date Icon 19/01/2004

Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jixtieq iħabbar li dalwaqt ser joħroġ l-Atti tal-Parlament u l-Avviżi Legali tas-sena li għaddiet, fuq CD. Din ser tkun l-ewwel darba li dawn id-dokumenti ser ikunu disponibbli għall-pubbliku f’dan il-format. 

Ta’ kull sena, liġijiet ewlenin u dawk sussidjarji, jiġu normalment pubblikati f’April, miġburin f’madwar 16-il ktieb stampat li b’kollox ikun fihom eluf ta’ paġni u l-prezz ikun ’l fuq minn Lm30.  Din id-darba, dan kollu ser jiġi miġbur semplicement f’żewġ compact discs.  Waħda minnhom ser ikun fiha 19-il Liġi mgħoddija mill-Parlament fl-2003, filwaqt li fl-oħra ser ikun hemm l-448 Avviż Legali li nħargu fl-istess sena.  It-tnejn li huma mistennija li jkunu għall-bejgħ fil-bidu ta’ Frar. 

Il-prezz taż-żewġ CD’s ser ikun ta’ Lm10 u kull waħda minnhom tista’ tinxtara separatament għal Lm5.  Però, bħala offerta ta’ qabel il-pubblikazzjoni, kull min jordna ż-żewġ CD’s sa l-aħħar ta’ Jannar, ikun jista’ jixtrihom bil-prezz ta’ Lm7.  Kull min hu interessat jista’ jirriserva l-ordni billi jibgħat il-pagament lid-Direttur ta’ l-Informazzjoni, 3 Misrah Kastilja, Valletta.  Aktar tagħrif jista’ jinkiseb billi wieħed iċempel Freephone 153 jew billi jibgħat e.mail lil info.doi@gov.mt. 

Il-verżjoni tradizzjonali stampata ser tibqa’ tiġi ppubblikata bħal qabel, u tkun għall-bejgh f’April.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow