Ħidma biex jiġu attirati aktar turisti mill-Italja
PR445
01/04/2004
| Ħidma | biex jiġu attirati aktar turisti mill-Italja |
| F’diskors | li ghamel meta kien qed jipprezenta kopja ta’ pubblikazzjoni lill-President ta’ Malta, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech qal li kien ta pjaċir għalih li jippreżenta l-pubblikazzjoni “Qui Touring Speciale Mondo Malta” lill-E.T. il-Prof. Guido de Marco. Hu qal li din il-pubblikazzjoni kien fiha 200 paġna u tidħol fil-fond dwar dak kollu li t-turist jistenna li jsib f’Malta: arti, kultura, storja, ġmiel naturali. |
| Francis | Zammit Dimech fakkar li l-Italja kienet it-tielet l-akbar suq turistiku ta’ pajjiżna u li kien qed isir minn kollox biex aktar turisti jinġiebu lejn Malta minn dan il-pajjiż. Hu qal li s-sena li għaddiet in-numru ta’ turisti li żaru Malta mill-Italja naqas b’6.6 fil-mija għal 94,175. Hu qal li fl-2002 ġew Malta l-akbar numru ta’ turisti mill-Italja meta ċ-ċifra laħqet 100,875. Francis Zammit Dimech qal li fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena jirriżulta li n-numru ta’ turisti mill-Italja żdied b’35.9 fil-mija u leħaq is-7,979. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu qal li t-titjib minn dan is-suq jirrifletti l-ħidma li qed issir mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jiġu attirati aktar Taljani lejn Malta. Hu fakkar li Malta tappella l-aktar għat-Taljani minħabba l-istorja tagħha u kien għalhekk li l-promozzjoni li kienet qed issir fl-Italja kienet konċentrata lejn l-oriġini Ewropea ta’ Malta u lejn l-inkontru tal-kultura, l-istorja u l-arti Maltija mad-divertiment. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li l-kultura ta’ pajjiżna kienet il-fulkru li madwaru ridna nibnu l-futur turistiku ta’ Malta li llum minbarra li nagħtuha pubbliċità bħala destinazzjoni qed nitfgħu l-aċċent aktar fuq l-esperjenza li t-turist ikollu meta jżur il-postijiet bi storja li tmur lura 7,000 sena, il-bliet imdawwra bis-swar, it-teżori ta’ xogħlijiet ta’ arti u tant monumenti li ħallew warajhom dawk il-ġnus kollha li okkupaw pajjiżna. |
| Francis | Zammit Dimech qal li raġuni oħra li għaliha ħafna Taljani kienu jżuru Malta kienet biex jitgħallmu l-Inġliż. Hu qal li bejn l-1999 u l-2001, in-numru ta’ Taljani li żaru pajjiżna biex jitgħallmu l-Ingliż tela’ minmn 6,162 għal 8,035, ċifra li fl-2001 kienet tirrapreżenta 7.9 fil-mija tat-turisti Taljani kollha li żaru pajjiżna dik is-sena. Hu qal li n-numru ta’ barranin li kienu jżuru pajjiżna biex jitgħallmu l-Ingliż kien qiegħed jiżdied u dan is-settur kien illum responsabbli għal madwar 60,000 turist fis-sena. Francis Zammit Dimech qal li diversi kumpanniji Taljani kienu qegħdin jorganizzaw il-konferenzi tagħhom f’Malta. Hu qal li dan kien suq ieħor importanti u semma li fost dawk il-kumpanniji li organizzaw konferenzi f’Malta fl-aħħar ġimgħat kien hemm il-De Agostini Group li ġabu f’pajjiżna 800 viżitatur. Diversi konferenzi oħra mistennija li jiġu organizzati f’Malta fix-xhur li ġejjin. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-interess f’Malta minn operaturi ta’ l-ivvjaġġar Taljani joħroġ anke mill-fatt li numru fosthom ħarġu brochures dwar Malta. Dawn jinkludu lil Eurotravel li ppublikaw brochure ta’ 52 paġna, King Holidays bi brochure ta’ 36 paġna, Liotti Viaggi bi brochure ta’ 24 paġna, Tau Viaggi bi brochure ta’ 16-il paġna u Viva bi brochure ta’ 28 paġna. Hu qal li Eurotravel, operatur ta’ l-ivjaġġar nazzjonali Taljan beda jopera lejn Malta mill-1 ta’ Novembru tas-sena l-oħra. Hu qal li r-riżultati li kiseb dan l-operatur tant kienu inkoraġġanti li għamlu konferenza għal aġenti ta’ l-ivjaġġar f’Malta li għaliha ġew 17l operatur. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju li ġej kienet se tagħti dimensjoni ġdida lis-settur turistiku minħabba li pajjiżna se jagħmel parti minn suq intern ta’ 450 miljun. Hu qal li s-sħubija se tgħin ukoll lil-linja nazzjonali ta’ l-ajru l-Air Malta biex tiftaħ rotot ġodda. Hu qal li l-Air Malta se tutilizza l-ftehim dwar it-Tielet Pakkett ta’ l-EU biex topera titjiriet diretti bi skeda bejn Katanja u Londra. Hu qal li dan is-servizz se jibda jħalli Malta tliet darbiet fil-ġimgħa, jieqaf Katanja minfejn imbagħad jipproċedi lejn Londra u lura Malta fuq l-istess rotta. Dan għandu jgħin lis-settur turistiku. Hu qal li l-Air Malta se tibda ġġorr passiġġieri bejn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea mingħajr ma’ l-passiġġieri neċessarjament jibdew jew itemmu l-vjaġġ tagħhom f’Malta. |
| Francis | Zammit Dimech qal li 120,000 kopja ta’ “Qui Touring Speciale Mondo – Malta” – li tnieda f’Milan waqt il-Borsa Internazionale del Turismo (BIT) – kienu qed jitqassmu flimkien ma’ mappa dettaljata ta’ Malta. Hu qal li ma kellux dubbju li pubblikazzjoni bħal din kienet se tikkontribwixxi biex jikber in-numru ta’ turisti li jiġu mill-Italja. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lit-Touring Club Italiano għall-inizjattiva tagħhom u rringrazzjahom tal-promozzjoni li qed jagħmlu favur it-turiżmu lejn Malta. |
DOI - 01.04.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en