TITNIEDA L-15-IL EDIZZJONI TAL-‘MOTOR FAIR’
PR444
01/04/2004
| TITNIEDA L-15-IL | EDIZZJONI TAL-‘MOTOR FAIR’ |
| Il-Ministru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, l-Onor. Jesmond Mugliett | nieda l-ħmistax-il edizzjoni tal-‘Motor Fair’ li qed tittella’ fin-Naxxar, bejn l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu u l-Ħadd 4 t’April. |
| Il-‘Motor Fair | 2004’ hija l-ikbar fiera speċjalizzata li ttella’ l-Korporazzjoni tal-Fieri. Din is-sena qed jieħdu sehem l-importaturi kollha tal-karozzi. |
| F’konferenza ta’ | l-aħbarijiet, il-Ministru Mugliett qal li pajjiżna qiegħed fi żmien eċċezzjonali meta Malta għandha opportunitajiet kbar biex tuża fondi mill-Ħames Protokoll Taljan u mill-Unjoni Ewropea biex jittejjeb in-network tat-toroq. Hu qal li dan ser iwassal għal toroq ta’ livell għola f’kull aspett bħal sigurtà u kwalità ta’ kostruzzjoni. |
| Il-Ministru għall-Iżvilupp | Urban u Toroq qal li l-Gvern għalhekk qiegħed jagħti prijorità għolja lill-iżvilupp tat-toroq, partikolarment minħabba li hemm kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà li rridu nħarsu lejhom. |
| “L-isfida li għandna | quddiemna hi mhux biss li nibnu network effiċjenti ta’ toroq, iżda li dawn nibnuhom fuq l-aqwa safety standards. L-impenn tal-Gvern f’dan ir-rigward wassal biex il-ġimgħa d-dieħla, eżattament fis-6 t’April immur Dublin biex niffirma Road Safety Charter li biha l-pajjiżi firmatarji jintrabtu li jnaqqsu bin-nofs l-ammont ta’ inċidenti fatali fuq it-toroq tagħhom sas-sena 2010,” kompla l-Ministru. |
| Il-Ministru | Mugliett kompla jgħid li l-għan tar-Road Safety Charter jista’ jintlaħaq b’impenn fuq diversi fronti, bħall-edukazzjoni, it-tijib fil-manutenzjoni tal-karozzi u t-tijib fil-livell tat-toroq. |
| Il-Ministru temm billi | awgura li l-Korporazzjoni tal-Fieri tuża s-suċċess li tikseb il-‘Motor Fair’ kull sena biex twassal il-messaġġ edukattiv għal aktar sigurtà fit-toroq. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en