JUM IL-ĦELSIEN 2004 F’GĦAWDEX
Il-ħamsa u għoxrin anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien se jiġi ċċelebrat ukoll f’Għawdex, b’attivita’ preseduta mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, għada l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu.
Il-programm kommemorattiv jibda fil-11.00 a.m., permezz ta’ marċ mill-Banda tal-Pulizija li jitlaq minn Pjazza Sabina u jasal fi Pjazza Indipendenza, Victoria fejn jilqa’ l-wasla ta’ l-Onor. Giovanna Debono.
Il-Banda tal-Pulizija ser teżegwixxi programm mużikali fi Pjazza Indipendenza. Wara l-programm, il-Ministru għal Għawdex tqiegħed bukkett fjuri quddiem l-irħama kommemorattiva. Din ic-cerimonja tilħaq il-qofol tagħha bid-daqq ta’ l-Innu Malti. Wara, l-Banda tal-Pulizija timmarċja minn Pjazza Indipendenza tul Triq ir-Repubblika.
Filgħaxija, il-Kumitat Organizzattiv – Kultura, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ser jippreżenta kunċert organizzat mill-Iskola tal-Mużika – Sannat, fis-Sala tal-Wirjiet, Ministeru għal Għawdex.
Studenti u għalliema ta’ l-iskola ser jeżegwixxu xogħlijiet fosthom dawk ta’ kompożituri rinomati bħal Puccini, Schubert, Beethoven, Mendelsohn u Bach.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en