Left arrow Mur Lura

CHAIRMAN ĠDID GĦALL-AWTORITA’ MALTIJA GĦAT-TURIŻMU

PR431
Date Icon 29/03/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ħatar lil Chris Grech bħala ċ-Chairman il-ġdid tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Hu ħa post John C. Grech li rriżenja minn din il-kariga l-ġimgħa li għaddiet.

Chris Grech preżentament jokkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Marketing and Promotion Board tal-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. F’dawn l-aħħar ghaxar snin kien jokkupa diversi karigi fosthom Direttur tal-Vodafone (Malta), Chairman ta’ Skytel (Malta), Chairman tal-Mediterranean Offshore Bunkering Company (MOBC) u Managing Director ta’ Grech & Co Ltd.

Sadattant il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura Francis Zammit Dimech kiteb lil Dr John C. Grech fejn irringrazzjah għall-kontribut kbir tiegħu tul iż-żmien li kien Chairman tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Fl-ittra tiegħu l-Ministru Francis Zammit Dimech qal li John C. Grech, permezz ta’ l-isforzi u l-viżjoni tiegħu, irnexxielu jistabilixxi l-Awtorita’ bħala organizazzjoni dinamika u li tħares ’il quddiem u li hi mgħammra tajjeb biex tlaħħaq mal-kompetizjoni iebsa li tikkaraterizza l-industrja turistika. Hu wkoll ħa l-opportunita’ biex jirringrazzja lil John C. Grech għas-servizz li dejjem ta’ lill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu b’impenn u dedikazzjoni, u li kien dejjem eżemplari fit-twettiq tal-ħidma tiegħu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow