Left arrow Go Back

IL-MINISTRU AUSTIN GATT INIEDI SERVIZZ ELETTRONIKU GHAR-REGISTRAZZJONI GHALL-KORSIJIET TAL-MCAST

PR430
Date Icon 29/03/2004

"Ninsabu qrib li nikkonkludu ftehim ma’ żewġ kumpaniji multinazzjoni li għandhom enfasi fuq livell edukattiv.” Il-Ministru Austin Gatt ħabbar dan meta kien qed iniedi, servizz elettroniku li permezz tiegħu persuna tkun tista’ tirreġistra għall-korsijiet qosra tal-MCAST. Servizzi ohra ta’ e-Government b’rabta ma’ l-edukazzjoni jinkludu l-eExams, fejn studenti japplikaw u jħallsu għar-reġistrazzjoni ta’ l-eżamijiet online u l-eLibraries li huwa katalogu elettroniku tal-libreriji pubbliċi kollha fejn il-klijenti jistgħu jiċċekkjaw jekk jistax jinġabar ktieb jew iġeddu s-self ta’ kotba.

Is-servizz tal-lum qed iqarreb naqra aktar lill-pubbliku Malti lejn edukazzjoni tul il-ħajja. L-edukazzjoni tul il-hajja huwa prinċipju fundamentali li biex l-ekonomija tagħna tibqa’ kompetittiva, il-ħaddiema tagħna jridu dejjem iġeddu t-talenti tagħhom u jaġġornaw dak li jafu mar-realtajiet li dejjem jinbidlu ta’ l-ekonomija tagħna.

Il-Ministru Austin Gatt irringrazzja lil Juan Borg Manduca (Kap ta’ l-Istitut ta’ l-ICT fl-MCAST) li tassew qed jgħin biex tiddaħħal id-drawwa li nħarrġu lill-esperti ġodda biex l-industrija tat-teknoloġija Maltija tkun kompetittiva f’kuntest dinji. Il-Gvern irid mhux biss jipprovdi servizzi bħal dawn, iżda jrid ukoll ineħħi kull xkiel burokratiku li jista’ jostakola lil min jitħajjar jidħol għal dan it-tip ta’ taħriġ.

Austin Gatt qal li "Il-missjoni tal-Ministeru tiegħi hi li jassisti l-Gvern kollu fl-isforz biex juża t-teknoloġija bħala għodda biex jipprovdi servizz pubbliku effiċjenti erbgha u ghoxrin siegha kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa.”

Dan hu servizz elettroniku li jista’ jintuża mid-dar (ta’ kull min għandu kompjuter); jew minn kull Web-Phone (erbgha u ghoxrin siegha kuljum sebat ijiem fil-gimgha f’kull belt u raħal ta’ Malta u Għawdex); jew mill-Internet Centres tal-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru Gatt semmgħa wkoll l-importanza li l-Ministeru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment jagħti lil edukazzjoni. Huwa ħabbar li għaddejjin taħdidiet għal ftehim ta’ koperazzjoni ma’ żewġ azjendi multi-nazzjonali li huma Microsoft (it-tieni ftehim)u Hewlett Packard. Dawn iz-zewg azjendi ser ikollhom element qawwi ħafna ta’ kontribut lill-edukazzjoni.

Il-Ministru Gatt semmgħa wkoll s-sinerġija li teżisti bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru għall-Edukazzjoni. Sinerġija li qed tħalli frott kbir f’dan il-qasam. “Din is-sena qed inkomplu ngħinu lil studenti fil-Form V biex ilaħħqu mat-tfal li għadhom jibdew is-sekondarja u jispiċċaw l-iskola bl-European Computer Driving Licence.” L-interess f’din l-inizjattiva qed ikompli jiżdied, tant li din is-sena minn 3,500 student tal-Form V, irreġistraw 2,100 student għall-korsijiet ta’ l-ECDL. (60% tat-tfal kollha ta’ l-iskola). Għal darb’oħra l-Gvern qed jissusidja parti mill-ispiża tal-parteċipazzjoni ta’ l-istudenti fl-eżamijiet ta’ ECDL. Aktar membri ġodda ta’ l-ekonomija Maltija ser ikollhom l-għarfien li għandhom bżonn biex jikbru fis-soċjetà Maltija ta’ l-informazzjoni.

Il-Ministru Gatt ħabbar ukoll li bħalissa qed naħdmu fuq servizz elettroniku ġdid biex iħaffef l-applikazzjonijiet għal studenti ġodda ta’ l-MCAST u ta’ l-Università.

Il-Ministru Gatt semmgħa wkoll li l-użu tas-servizzi elettroniċi tal-Gvern qed jirreġistraw suċċess tant mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-bieraħ aktar minn 61,200 persuna (differenti) żaru l-Gvern Elettroniku Malti. Dan ifisser li bħala medja kuljum Gov.mt jkollha 5,000 żjara individwali, li medjament tkun twila tmienn minuti u li 30% minnhom jiġu minn barra minn Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow