SILTIET MINN DISKORS LI L-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU U KULTURA GĦAMEL META PPREŻENTA PREMJIJIET LIL REBBIEĦA TAL-MALTA CYCLING TOUR
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-istrateġija għas-settur turistiku kienet bażata fuq li nikkonsolidaw in-niċeċ li ħloqna tul is-snin u jkun hemm oħrajn ġodda bl-iskop li nattiraw lejn pajjiżna turisti li jżuruna fix-xhur barra l-istaġun turistiku u hekk nagħmlu tajjeb għal problemi staġjonali.
Mira oħra kienet li nkomplu nirreklamaw l-wirt storiku u kulturali tagħna li nqisuh bħala kolonna ewlenija tas-settur turistiku. Hu qal li llum li l-Ministeru tat-Turiżmu jinkludi wkoll il-kultura dan l-iskop jista’ jintlaħaq aħjar u kien se jagħmel minn kollox biex ikun hemm is-sinerġija kollha bejn dawn iż-żewġ setturi importanti.
Hu qal li n-niċeċ turistiċi li għandu pajjiżna llum jinkludu: il-Konferenzi u l-Inċentivi; l-underwater diving u t-tagħlim ta’ l-Ingliż. Bejniethom dawn it-tliet niċeċ jattiraw lejn pajjiżna qrib il-200,000 turist fis-sena. Hu qal li niċeċ oħra li ġew identifikati u qed naħdmu fuqhom huma it-turiżmu reluiġjuż, it-turiżmu kulturali, l-ekoturiżmu, l-agroturiżmu u t-turiżmu sportiv.
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura qal li t-turiżmu sportiv kien qed jissaħħaħ f’pajjiżna sew minħabba l-qagħda strateġika tagħna, sew minħabba l-klima kif ukoll għaliex illum għandna impjanti sportivi moderni fejn jista’ jsir taħriġ minn atleti u footballers barranin.
Fakkar fl-investiment qawwi li kien sar mill-Gvern u mis-settur privat biex inbnew impjanti sportivi ta’ l-ogħla kwalita’. Hu qal li l-Gvern kien bena kumplessi sportivi f’Għawdex u fil-Kottonera filwaqt li kumpless ieħor kien qed jinbena fil-Karwija. Hu qal li kien inbena wkoll kumpless nazzjonali għall-għawm f’Tal-Qroqq, Padiljun ta’ l-isport fl-istess post filwaqt li ġew modernizzati il-faċilitajiet sportivi fil-Marsa li jinkludu ground tal-football, faċilitajiet għal-logħob tal-polo, korsa għaż-żwiemel u dixxiplini sportivi oħrajn. Francis Zammit Dimech fakkar ukoll li f’diversi kulleġġi u skejjel kienu nbnew padiljuni sportivi bl-aktar faċilitajiet moderni li qed jagħtu kontribut qawwi lill-isports f’pajjiżna.
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura tkellem dwar setturi oħra fin-niċċa sportiva li kienu jinkludu l-underwater diving u l-yachting. Hu qal li l-underwater diving kien niċċa fih innifsu li jattira lejn pajjiżna madwar 60,000 turist fis-sena. Hu fakkar li l-yachting qed jikber tant li kienu qed jiżdiedu l-irmiġġi kull sena. Hu qal li dan is-settur kien qed jiġbed lejn pajjiżna tiġrijiet importanti li jattiraw lejhom yachts minn partijiet differenti tad-dinja.
Francis Zammit Dimech qal li riċentament, f’dan l-istess post, ippreżenta trophies lir-rebbieħa ta’ żewġ maratoni li attiraw lejn pajjiżna aktar minn 300 parteċipant barrani. Hu qal li din is-cyclingtourta’ Malta kien qed jattira wkoll timijiet minn diversi pajjiżi barranin kif ukoll numru ta’ individwi u għalhekk kien qed jikkonribwixxi biex tikber din in-niċċa sportiva f’pajjiżna.
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura feraħ lill-organizzaturi għall-isforzi li għamlu biex organizzaw dan is-cycling tour filwaqt li awgura lir-rebbieħa u lill-parteċipanti kollha.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en