Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONGJUNTA MILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI, ZGHAZAGH U IMPJIEG, U L-UNION TAL-GHALLIEMA (MUT)

PR421
Date Icon 26/03/2004

Saret laqgħa bejn l-MUT u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni taħt il-presidenza tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, l-Onor. Louis Galea dwar il-kontroversja li nqalghet dan l-aħħar f’xi skejjel, fejn tfal kienu qed jitwasslu kmieni l-iskola u tfal oħra li jiddewmu biex jittieħdu lura d-dar wara l-iskola.

Iż-żewġ partijiet irriaffermaw li:

  1. Qatt ma kien hemm ‘policy’ li tistabbilixxi superviżjoni mill-għalliema qabel u wara l-ġurnata skolastika.
  2. Minkejja dan f’xi skejjel saru arranġamenti bejn id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ l-iskejjel biex jilqgħu għall-esiġenzi partikolari ta’ dik l-iskola.
  3. Il-bżonn li fi żmien qasir u wara taħdidiet ma’ dawk kollha nvoluti, titfassal ‘policy’ ċara dwar il-ħarsien tat-tfal qabel u wara l-ħinijiet stabbiliti ta’ l-iskola.

Sakemm issir din il-‘policy’ iż-żewġ naħat ifakkru li:

  1. Il-bibien ta’ l-iskejjel primarji jinfetħu għaxar minuti qabel il-bidu ta’ l-iskola u hi responsabbilta’ tal-ġenituri li jwasslu t-tfal l-iskola fil-ħin. Eċċezzjonijiet għal din ir-regola qed isiru għal xi lokalitajiet fejn kienu diġa jeżistu arranġamenti speċjali.
  2. Wara li tispiċċa l-ġurnata ta’ l-iskola primarja, il-ġenituri għandhom l-obbligu li jiġbru lit-tfal fil-ħin stabbilit u m’għandhomx iħallu lit-tfal jistennew għal ħin twil. Il-ġenituri għandhom ikunu konxji li l-amministrazzjoni ta’ l-iskola m’għandhiex tidħol responsabbli għat-tfal tagħhom f’dawk il-ħinijiet.
  3. Sadattant dwar l-iskejjel sekondarji, se jibdew taħdidiet minnufieħ biex kemm jista’ jkun malajr tinstab soluzzjoni fl-aħjar interess ta’ l-istudenti u l-għalliema.

Iż-żewġ partijiet qablu li sa ma’ tibda sena skolastika ġdida, ikun hemm ‘policy’ ċara u stabbilita f’dan ir-rigward kif imfisser f’paragrafu 3.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow