KONFERENZA TA’ L-AHBARIJIET PRESEDUTA MILL-E.T. IL-PROF. GUIDO DE MARCO, PRESIDENT TA’ MALTA, DWAR IR-RABA’ RAPPORT TAL-KUMMISSJONI GHALL-AMMINISTRAZZJONI TAL-GUSTIZZJA LI JKOPRI L-PERIJODU MINN OTTUBRU 2002 SA SETTEMBRU 2003 - IL-PALAZZ, VALLETTA – 25 TA
Dan huwa r-raba’ rapport ta’ hidma tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja u jkopri il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2002 sa l-ahhar ta’ Settembru 2003.
Is-sena in kwistjoni kienet wahda li fiha l-Kummissjoni ikkontribwiet biex jinholoq sens ta’ rassikurazzjoni u fiducja fil-Qrati mill-pubbliku in generali, minkejja l-problemi li kienu nqalghu ftit gimghat qabel il-bidu taz-zmien li jkopri dan ir-rapport. L-impenn tal-Gudikatura f’dan il-kontest kien essenzjali.
F’dan il-perijodu, il-Kummissjoni ltaqghet f’erbatax-il seduta, ippreseduta dejjem mill-E.T. il-President ta’ Malta. Fil-perijodu msemmi rceviet 75 ilment. 19 minn dawn l-ilmenti kienu jirrigwardaw dewmien fil-kawzi u l-Kummissjoni ghaddiethom sabiex jigu ezaminati mill-Prim Imhallef.
24 ilment gew riferiti lill-Kumitat tal-Avukati skond kif tiddisponi l-ligi. Quddiem il-Kumitat tal-Avukati hemm 52 kaz pendenti, filwaqt li fil-perijodu in ezami l-istess Kumitat iddecieda 20 kaz. Ma gie riferut ebda lment lill-Kumitat tal-Prokuraturi Legali u f’dan il-perijodu ma kien hemm l-ebda kaz pendenti quddiem dan l-istess Kumitat.
Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll 8 ilmenti dwar l-amministrazzjoni tal-Qrati. Hemm 11-il ilment li ghadhom pendenti ghax il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni. Kien hemm 13-il ilment li ma jaqghux taht il-kompetenza tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni rceviet 5 komuniki minghand il-gudikanti.
Il-Kummissjoni ddedikat hafna mill-hin taghha ghar-rapport li ghandu jsir minn kull gudikant a tenur tal-ligi dwar kawzi li jkunu ilhom pendenti ghal hames snin jew izjed. Dan ir-rapport issa beda jsir b’certa uniformita`, ghalkemm mhux minghajr diffikulta` ghal hafna mill-gudikanti minhabba x-xoghol li l-istess rapport jinvolvi u n-nuqqas ta’ ghajnuna li hafna minn dawn il-gudikanti ghandhom biex jigi ppreparat dan ir-rapport. Fir-rigward tar-rapporti li gew prezentati s-sena l-ohra, il-Kummissjoni hatret sotto-kummissjoni komposta mill-Imhallef irtirat Victor Caruana Colombo, membru tal-Kummissjoni, mill-Imhallef irtirat Riccardo Farrugia u mill-Avukat Joseph Zammit McKeon. Din is-sotto-kummissjoni kellha l-inkarigu li tevalwa dawn ir-rapporti. Mir-rapport ta’ din is-sotto-kummissjoni jirrizulta b’mod car li hemm numru inkwjetanti ta’ kawzi pendenti quddiem il-Qrati – l-aktar quddiem il-Prim Awla, il-Qorti ta’ Ghawdex fil-kompetenza taghha superjuri u quddiem il-Qorti ta’ l-Appell. Ir-ragunijiet li ghalihom dawn ilhom pendenti ghal hames snin jew aktar huma varji, u wiehed ma jistax facilment jigbed konkluzjoni wahda dwar il-kawza ta’ dan id-dewmien. Li hu cert, pero`, hu li bin-numru attwali ta’ gudikanti s-sistemi prezenti u bl-attwali strutturi fil-Qrati Superjuri, difficli wiehed jara kif dawn jistghu jigu decizi kif ghandu jkun fi zmien ragjonevoli.
Hekk, per ezempju, kieku dawn il-gudikanti kellhom jiddedikaw il-hin kollu taghhom ghal dawn il-kawzi biss – cioe` dawk li ilhom aktar minn hames snin – kawzi ohra kienu jispiccaw jaqghu lura u jidhlu fil-kategorija ta’ dawk li ilhom aktar minn hames snin. Il-Qorti ta’ l-Appell, biz-zewg sezzjonijiet taghha, qieghda tipprova taqsam il-hin taghha bejn dawk il-kawzi l-aktar antiki u dawk li huma aktar recenti, izda hu evidenti li dan l-isforz, ghalkemm apprezzat minn kull min hu koncernat, ma hux bizzejjed. Iridu ghalhekk jinstabu soluzzjonijiet alternattivi.
Il-Kummissjoni tosserva li ttiehdu diversi mizuri intizi biex, jew li kellhom bhala konsegwenza li, inaqqsu n-numru ta’ kawzi introdotti fil-Qrati Superjuri. Fondamentali f’dan il-kuntest kienet iz-zieda fil-kompetenza tal-Qrati tal-Magistrati, ghalkemm wiehed irid jisgura li f’dawn il-Qrati ghandu jkun hemm dejjem l-istrutturi mehtiega sabiex ma jakkumulax hemmhekk "backlog" bhalma akkumula fil-Qrati Superjuri. Iz-zieda fit-tariffi tar-registru, ghalkemm mhix intiza biex tillimita l-accessibilita` ghall-Qrati ta’ Gustizzja, kellha wkoll l-effett, fost ohrajn, li telimina dawk il-kawzi li kienu l-aktar ta’ natura vessatorja jew frivola, intizi biss biex dak li jkun jiggwadanja z-zmien. Pero` anke fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ kawzi hemm lok ta’ provvedimenti ohra.
Il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-problema tal-"backlog" tal-kawzi ghandha tigi affrontata kemm mill-punto di vista ta’ x’jista’ jsir immedjatament kif ukoll mill-punto di vista ta’ x’jista jsir fuq numru ta’ snin.
Mill-punto di vista ta’ dak li jista’ jsir immedjatament, il-hsieb generali tal-Kummissjoni hu li jkun hemm zieda temporanea fin-numru ta’ imhallfin (u, jekk ikun il-kaz, magistrati ghall-Qorti ta’ Ghawdex fil-kompetenza superjuri taghha) biex tkun tista’ tigi indirizzata minnufih il-problema tal-kawzi pendenti. Din iz-zieda tkun temporanea fis-sens li meta l-imhallfin attwali, jew dawk li jigu nominati b’zieda ma’ dawk attwali, jigu biex jirtiraw, dawn ma jigux sostitwiti b’imhallfin ohra sakemm in-numru ta’ gudikanti ma jinzilx taht in-numru attwali.
Ghal dawk li huma proposti long term il-Kummissjoni tipproponi ghal aktar approfondiment mill-awtorita` kompetenti is-segwenti:
- li jkun hemm l-infrastruttura fil-Qrati li taghmilha possibbli li jibdew jinghataw aktar sentenzi ex tempore;
- il-possibilita` li fil-kaz ta’ kawzi li jkunu frivoli, jew li jkunu gew kontestati semplicement biex dak li jkun jiggwadanja z-zmien, jew meta l-ligi jew il-gurisprudenza jkunu cari fuq il-materja kontestata, il-Qorti tkun tista’ tippenalizza lill-parti li tkun agixxiet b’abbuz tas-sistema; u
- li kull gudikant ikollu, bhala parti mill-istaff jew Judiciary Team tieghu nies verament kompetenti li jkunu jistghu jorganizzaw ix-xoghol ta’ kull gudikant b’mod aktar efficjenti.
Indipendentement mid-dibattitu li qed jizviluppa fil-pajjiz rigward l-eta` tal-pensjoni, il-Kummissjoni ma tistax ma tosservax li filwaqt li l-imhallfin jirtiraw, skond il-Kostituzzjoni, ta’ 65 sena, il-magistrati jirtiraw ta’ 60 sena. Apparti n-nuqqas ta’ logika li hemm f’din id-distinzjoni, il-Kummissjoni thoss li hemm lok li tigi ri-ezaminata l-eta` ta’ l-irtirar obbligatorju attwali tal-magistrati u tal-imhallfin biex din issir aktar konformi ma’ dik f’pajjizi ohra ta’ l-Ewropa. Kull bidla in materja tkun necessarjament tirrikjedi diskussjoni mal-partijiet koncernati, ma’ l-awtoritajiet kompetenti, u trid issir fil-kwadru shih ta’ l-interess nazzjonali.
Intimament konnessa ma’ l-eta` ta’ l-irtirar hija l-kwistjoni tal-pensjoni li ghaliha gudikant huwa intitolat meta jirtira. Kif inhi l-posizzjoni llum specjalment b’riferenza ghal dawk il-gudikanti nominati mill-1979 ‘l hawn, hemm diskrepanza kbira bejn is-salarju ta’ gudikant u l-pensjoni ta’ meta jirtira. Din id-differenza tant qawwija tista’, fil-fehma tal-Kummissjoni, taghti lok ghal sitwazzjonijiet li jista’ jkollhom riperkussjonijiet negattivi. Il-Kummissjoni hadet nota tad-diversi inizjattivi f’fora internazzjonali li huma mmirati proprju biex ma jkunx hemm dik id-differenza hekk kbira, u qed tissolleva dan il-punt biex jigi debitament analizzat mill-awtorita` kompetenti.
Il-Kummissjoni tircevi bosta lmenti minn persuni li jkunu ghamlu xi lment kontra avukat peress li, ghalkemm tippartecipa fis-smiegh tax-xhieda fis-seduti quddiem il-Kumitat ghall-Avukati tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja, hija ma tigix infurmata dwar l-ezitu tal-kaz hlief li l-kaz ikun deciz.
F’dan il-kuntest il-Kummissjoni temmen li hemm lok ghal diskussjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) tal-Att Nru. XI ta’ l-1994 mill-imsemmi Kumitat peress li tista’ tinghata l-impressjoni, purche` zbaljata, li l-Kumitat ghall-Avukati jrid jghatti lill-avukat li kontra tieghu jkun sar l-ilment. Il-Kummissjoni ghalhekk qed tiddiskuti din is-sitwazzjoni mal-President tal-Kamra tal-Avukati, li huwa membru tal-istess Kummissjoni, kif ukoll mal-Kumitat ghall-Avukati bl-isperanza li tinsab soluzzjoni gusta u trasparenti konformi pero’ mal-ligi.
Il-Kummissjoni qed tiddiskuti suggerimenti maghmula lilha minn membri taghha dwar l-interpretazzjoni li ghandha tinghata lil, u t-tishih ta’, r-Regoli 9 u 10 tal-Kodici ghall-Gudikanti u l-Artikolu 16 tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili riferibbilment ghal karigi ohra li gudikant jista’ jokkupa.
Il-Kummissjoni innutat b’sodisfazzjoni li recentement gie mwaqqaf Kumitat ghall-Istudji Gudizzjarji (Judicial Studies Committee), li hu kumitat fi hdan il-Gudikatura u mmexxi minn membri tal-Gudikatura bl-appogg tal-Ministru responsabbli mill-Gustizzja, bl-iskop li, fuq linji ta’ organizazzjonijiet simili fl-Ewropa, jghin f’dak li hu t-tahrig kontinwu tal-gudikanti. Dan il-Kumitat diga qed jaghmel xoghol siewi konformement ma’ l-istatut tieghu u anke b’kooperazzjoni mal-Kamra ta’ l-Avukati. Il-Kummissjoni theggeg lill-awtorita` koncernata li tassigura li dan il-Kumitat ikollu l-mezzi kollha nececssarji biex ikun jista’ jwettaq ix-xoghol tieghu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en