Left arrow Mur Lura

IL-HATRA TA’ PRESIDENT TA’ MALTA

PR402
Date Icon 24/03/2004

Il-bierah filghaxija nzammet l-ewwel laqgha tal-Kabinett tal-Gvern il-Gdid preseduta mill-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi . F’din il-laqgha giet diskussa l-hatra ta’ President ta’ Malta. Ghal-laqgha attendew ukoll is-Segretarji Parlamentari kollha.

Il-Prim Ministru nforma lill-Kabinett illi fil-gurnata ta’ qabel, igifieri nhar it-Tnejn 22 ta’ Marzu, wara laqgha informali fuq inizjattiva ta’ Dr. Gonzi, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, infurmah illi l-Grupp Parlamentari Laburista kien qed jipproponi tlett ismijiet ta’ persuni biex jintaghzel wiehed minnhom ghall-hatra ta’ President.

Il-Prim Ministru nforma wkoll lill-Kabinett li hu kien spjega lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni l-iskadenzi tal-procedura necessarja ghall-hatra ta’ President, inkluz li l-mozzjoni tal-hatra ghandha tkun ipprezentata lill-Iskrivan tal-Kamra sa nhar il-Erbgha, 24 ta’ Marzu biex tkun diskussa fis-seduta tal-Parlament ta’ nhar it-Tnejn 29 ta’ Marzu.

Il-Kabinett iddiskuta l-idonjeta’ tal-persuni li gew issuggeriti mill-Oppozizzjoni kif ukoll persuni ohra, inkluz Dr Eddie Fenech Adami. Ghalkemm ma hemm ebda obbligu kostituzzjonali, id-decizjoni tal-Kabinett kienet illi l-Prim Ministru kellu jkompli bil-konsultazzjoni ma’ l-Oppozizzjoni u jinforma lill-istess Kap tal-Oppozizzjoni illi l-ghazla preferuta tal-Kabinett kienet li jinhatar Dr Eddie Fenech Adami bhala President.

Illum wara nofs in-nhar inzammet laqgha ta’ konsultazzjoni bejn il-Prim Ministru u l-Onor. Charles Mangion li kellu jattendi minhabba li l-Kap tal-Oppozizzjoni jinsab imsiefer. Waqt din il-laqgha saret diskussjoni dwar l-ismijiet tal-persuni li tressqu mill-Oppozizzjoni, kif ukoll issemmew persuni ohra li setghu jigu kunsidrati. Il-Prim Ministru informa lill-Onor Mangion illi mill-ismijiet kollha li ssemmew l-ahjar ghazla ghal pajjiz kienet dik ta’ Dr Fenech Adami u spjega r-ragunijiet ghal dan.

Fl-gheluq tal-laqgha li damet madwar siegha, kien hemm qbil illi l-Onor Mangion jikkomunika mal-Kap tal-Oppozizzjoni u jinfurmah bid-diskussjoni li kienet saret. Il-Prim Ministru accetta li jipposponi l-prezentazzjoni tal-mozzjoni sa’ ghada, l-Hamis fl-10.00 ta’ filghodu biex tinghata l-possibilta’ ta’ aktar diskussjoni jekk ikun hemm bzonn. Kien hemm qbil ukoll li l-ismijiet tal-persuni li ssemmew jibqghu kunfidenzjali anke ghaliex dawn ma kienux gew konsultati.

Aktar tard illejla, l-Onor Mangion ikkomunika bit-telefon mal-Prim Ministru biex jinfurmah li l-Grupp Parlamentari Laburista ser jiltaqa nhar il-Gimgha 26 ta’ Marzu 2004.

Peress li l-iskadenzi ta’ procedura parlamentari jimponu terminu ghal prezentazzjoni tal-mozzjoni ghal hatra ta’ President ta’ Malta, liema terminu jiskadi ghada l-Hamis 25 ta’ Marzu, l-Prim Ministru informa lill-Onor Mangion illi l-mozzjoni biex Dr. Eddie Fenech Adami jigi mahtur President ta’ Malta, ser tigi ipprezentata skond din il-procedura biex tigi diskussa fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn 29 ta’ Marzu 2004 kif kien indika lill-Kap tal-Oppozizzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow