AKTAR MINN LM700,000 F’TOROQ FL-INHAWI INDUSTRIJALI TAL-MOSTA U L-IMRIEHEL
Il-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea illum zar iz-zona ndustrijali tal-Mosta flimkien mas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo fejn ta dettalji dwar xoghlijiet li ser jsiru f’din iz-zona kif ukoll f’zona ndustrijali ohra fl-Imriehel, limiti ta’ Hal Qormi.
Il-Ministru Galea qal li l-progett tal-Mosta jikkonsisti fil-kostruzzjoni tat-toroq fl-inhawi ndustrijali, cioè t-toroq fl-inhawi ta’ Triq il-Fortizza u l-area msejha Ta’ Sriedak qrib Ta’ Qali.
L-offerti ghal Triq in-Naggar u Triq Borton b’valur ta’ ’l fuq minn Lm60,000 nghataw digà, filwaqt li l-offerti ghal dawn it-Toroq: Ballut, Znuber, Kappara, Gharghar, Parsott, parti minn Fortizza, Triq Gdida fi Triq Fortizza, Nikol Muscat, Filippu Apap Bologna u Ta’ Sriedak giet ippublikata nhar it-Tlieta 16 ta’ Marzu. Din it-tender tammonta ghal Lm285,000.
Dan il-progett jinkludi l-bini ta’ Service Culvert fit-toroq industrijali kif ukoll xoghlijiet ta' servizzi (ilma u drenagg) u sistema ghall-gbir ta’ l-ilma tax-xita f’uhud mit-toroq. B’kollox se jkunu gew asfaltati madwar 14,000 metru kwadru ta’ toroq.
Dan il-progett b’kollox se jiswa madwar Lm350,000.
Il-Ministru Censu Galea tkellem ukoll dwar xoghol iehor li ser jaghmel id-Direttorat tat-Toroq. Dan il-progett jinkludi l-kostruzzjoni ta’ dawn it-Toroq: Industrija, Kummerc, Haddieda, Snajja, Bankiera, Salib u Ghajn: Is-sejha ghall-offerti giet ippublikata llum stess, 18 ta’ Marzu.
Il-progett jinkludi l-bini ta’ Service Culvert fit-toroq kollha (tul ta’ madwar 2900 metru), xoghlijiet ta’ servizzi (ilma u drenagg) kif ukoll sistema ghall-gbir ta’ ilma tax-xita bl-iskop li l-ilma tax-xita ma jibqax jigri fit-triq u johloq problemi f’numru ta’ proprjetajiet.
Minhabba li Triq l-Industrija hija mibnija fuq zewg livelli, parti sostanzjali minn dan il-progett jinkludi l-bini ta’ retaining wall gdid tul din it-triq bil-ghan li jinzamm il-materjal li bih hija mibnija l-parti ta’ fuq. B’kollox fl-Imriehel se jkunu gew asfaltati madwar 17,5000 metru kwadru ta’ toroq.
Il-progett ta’ l-Imriehel jiswa madwar Lm400,000.
Il-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni enfasizza li l-kwalità tax-xoghol fit-toroq li qed isiru tibqa prijorità ewlenija tal-gvern. Hu qal li d-direttorat qieghed dejjem jizgura li qabel ma jibdew ix-xoghlijiet jkunu ghaddew is-servizzi mehtiega sabiex it-triq ma jkolliex terga’ tinqala’.
Waqt li kien qed jindirizza lill-gurnalisti fil-Mosta, il-Ministru Galea tkellem ukoll fuq il-process ghal ghoti ta’ tenders ghax-xoghlijiet f’toroq arterjali bil-fondi mill-Protokoll Taljan. Hu qal li llum intemm l-ahhar stadju tal-ftuh tat-tenders u l-kumitat li gie appuntat biex jevalwa dawn it-tenders, issa qieghed f’posizzjoni li jaghmel ir-rakkomandazjonijiet tieghu f’qasir zmien.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en